EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0116

Kawża C-116/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Serron (Il-Greċja) fil- 5 ta’ Marzu 2012 — Ioannis Christodoulou, Nikolaos Christodoulou, Afoi N. Christodoulou A.E. vs Elliniko Dimosio

ĠU C 138, 12.5.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Serron (Il-Greċja) fil-5 ta’ Marzu 2012 — Ioannis Christodoulou, Nikolaos Christodoulou, Afoi N. Christodoulou A.E. vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-116/12)

(2012/C 138/11)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Protodikeio Serron

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ioannis Christodoulou, Nikolaos Christodoulou, Afoi N. Christodoulou A.E.

Konvenuta: Elliniko Dimosio

Domandi preliminari

(1)

Il-valur doganali tal-merkanzija importata għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-Artikoli 29 u 32 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/1992, anki fil-każ fejn il-kuntratt ikun jikkonċerna l-ipproċessar jew it-trasformazzjoni ta’ materjali (materjali li ġew importati fil-pajjiż tal-ipproċessar mingħajr ma ġew issuġġettati għall-proċedura doganali tal-ipproċessar passiv bil-ħsieb li jiġu esportati mill-ġdid) li ma jilħaqx il-livell previst mill-Artikolu 24 ta’ dan l-istess regolament jew li, fin-nuqqas, huwa insuffiċjenti sabiex il-merkanzija li ġiet prodotta tingħata l-oriġni tal-pajjiż fejn twettqu dan l-ipproċessar jew din it-trasformazzjoni?

(2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, ir-risposta kienet tkun differenti f’każ li l-importazzjoni, abbażi ta’ rċevuti iżda wkoll ta’ dokumenti oħra kkunsidrati bħala foloz, tkun tidher li twettqet fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ bejgħ, meta jiġi pprovat li l-kuntratt kien jipprevedi pproċessar mhux sostanzjali tal-materjali li joriġinaw mill-pajjiżi tal-importazzjoni, b’remunerazzjoni preċiża, li tista’ tiġi ddeterminata, u li l-valur doganali ddikjarat ma jikkorrispondix għall-prezz li għandu jitħallas jew li effettivament tħallas?

(3)

F’każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, ir-risposta kienet tkun differenti f’każ li jiġi stabbilit ukoll li ġiet implementata prattika li tikkonsisti f’użu abbużiv mid-dispożizzjonijiet Komunitarji bl-għan li l-persuna kkonċernata tikseb vantaġġ?

(4)

F’każ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 29 u 32 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/1992 jistgħu jiġu applikati mhux biss f’każ bħal dak deskritt fit-tieni domanda, iżda anki meta jiġu sodisfatti ċ-ċirkustanzi oġġettivi kif ukoll l-element suġġettiv tat-tielet domanda, x’għandu jkun il-valur ta’ element (f’dan il-każ iz-zokkor) li jkun ġie inkorporat fil-prodott importat u li jkun ġie pprovdut bla ħlas mill-importatur, meta l-imsemmi element, li ma setgħax jiġi ssuġġettat għall-proċedura tal-ipproċessar bil-għan li jiġi esportat mill-ġdid, skont l-Artikolu 146(1) tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, ma jkunx ġie prodott minnu, iżda akkwistat minnu bil-prezz ta’ esportazzjoni (inqas mill-prezz applikabbli fis-suq intern, minħabba l-fatt li l-prodott kien ssuġġettat għal skema ta’ rifużjoni)?


Top