Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0096

    Kawża C-96/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugall) fit- 22 ta’ Marzu 2012 — Domingos Freitas u Maria Adília Monteiro Pinto vs Companhia de Seguros Allianz Portugal SA

    ĠU C 138, 12.5.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugall) fit-22 ta’ Marzu 2012 — Domingos Freitas u Maria Adília Monteiro Pinto vs Companhia de Seguros Allianz Portugal SA

    (Kawża C-96/12)

    (2012/C 138/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal da Relação de Guimarães

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Domingos Freitas u Maria Adília Monteiro Pinto

    Konvenuta: Companhia de Seguros Allianz Portugal SA

    Domanda preliminari

    (1)

    F’aċċident tat-traffiku li jinvolvi vettura bil-mutur u rota misjuqa minn minuri li jikkawża danni fiżiċi u materjali lil dan tal-aħħar, il-fatt li jiġi eskluż jew imnaqqas il-kumpens għal dawn id-danni jekk l-aċċident huwa kkawżat mill-aġir taċ-ċiklist, huwa kuntrarju jew le għad-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari għall-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva 72/166/KEE (1), għall-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva 84/5/KEE (2) u għall-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva 90/232/KEE (3), inserit permezz tal-Artikolu 4 tal-Ħames Direttiva 2005/14/KE (4) — liema direttivi kollha jirrigwardaw l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur — fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar iċ-ċirkustanzi li fihom huwa possibbli li jiġi limitat il-kumpens fuq il-bażi tal-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10).

    (2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3).

    (3)  It-Tielet Direttiva tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249).

    (4)  Id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 149, p. 14).


    Top