EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0049

Kawża C-49/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fil- 31 ta’ Jannar 2012 — Her Majesty’s Revenue and Customs (HMRC) vs Sunico ApS, M & B Holding ApS u Sunil Kumar Harwani

ĠU C 118, 21.4.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fil-31 ta’ Jannar 2012 — Her Majesty’s Revenue and Customs (HMRC) vs Sunico ApS, M & B Holding ApS u Sunil Kumar Harwani

(Kawża C-49/12)

2012/C 118/17

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Her Majesty’s Revenue and Customs (HMRC).

Konvenuti: Sunico ApS, M & B Holding ApS u Sunil Kumar Harwani.

Domanda preliminari

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’. sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jestendi għal rikors li fil-kuntest tiegħu l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jitolbu danni lil impriżi u lil persuni fiżiċi residenti fi Stat Membru ieħor abbażi ta’ allegazzjoni ta’ assoċjazzjoni kriminali b’għan ta’ frodi — skont id-dritt tal-ewwel Stat Membru — li tikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’evażjoni tal-VAT dovuta lill-ewwel Stat Membru?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42


Top