Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0035

Kawża C-35/12 P: Appell ippreżentat fil- 25 ta’ Jannar 2012 minn Plasticos Españoles, S.A. (ASPLA) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas- 16 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-76/06, ASPLA vs Il-Kummissjoni

ĠU C 89, 24.3.2012, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/15


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2012 minn Plasticos Españoles, S.A. (ASPLA) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-76/06, ASPLA vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-35/12 P)

2012/C 89/24

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Plasticos Españoles, S.A. (ASPLA) (rappreżentanti: E. Garayar Gutiérrez u M. Troncoso Ferrer, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara dan l-appell bħala ammissibbli;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-76/06, ASPLA vs Il-Kummissjoni;

sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment l-ammont tal-multa imposta mill-Kummissjoni u kkonfermata mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipji ta’ proporzionalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

L-ewwel aggravju , ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar din id-dispożizzjoni u tal-kunċett ta’ “ksur uniku u kontinwu”, kif ukoll tal-ksur tar-regoli proċedurali applikabbli fil-qasam tal-oneru u ta’ evalwazzjoni tal-prova.

Is-sentenza appellata fiha żbalji ta’ evalwazzjoni tal-provi prodotti mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni għall-ASPLA tal-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu, kemm fir-rigward tal-allegata parteċipazzjoni tagħha fil-ksur relatat mas-setturi tal-boroż miftuħin u tal-block bags, kif ukoll fir-rigward tal-għarfien min-naħa ta’ ASPLA tal-aġir li jikkostitwixxi ksur imwettaq f’subgruppi li ma pparteċipatx fih u tal-inklużjoni ta’ tali aġir fi “skema kollużorja ġenerali”.

(2)

It-tieni aggravju , ibbażat fuq żball ta’ liġi meta ddikjarat bħala tardiva l-allegazzjoni dwar in-nuqqas ta’ korrezzjoni tal-figuri ta’ bejgħ ikkunsidrati sabiex tiġi stabbilita s-sanzjoni ekonomika imposta fuq ASPLA. Sussidjarjament, din l-allegazzjoni hija direttament relatata mal-kwistjoni ta’ ordni pubbliku, fejn in-nuqqas ta’ evalwazzjoni tagħha min-naħa tal-Qorti Ġenerali jikkostitwixxi, hekk ukoll, żball ta’ liġi.

Fir-rigward tal-motiv prinċipali, l-iżball li twettaq il-Qorti Ġenerali huwa li ssostni li l-allegazzjoni ma tikkostitwixxix motiv ġdid iżda, skont il-każ, l-estensjoni ta’ motiv eżistenti minn qabel, kif ukoll l-użu stess tal-figuri ta’ bejgħ tal-Grupo Armando Álvares minflok dawk ta’ ASPLA, għall-kalkolu tas-sanzjoni.

Fir-rigward tal-motiv invokat sussidjarjament, l-iżball ta’ liġi jinsab fil-fatt li l-Qorti Ġenerali ma evalwatx il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni li l-Kummissjoni kellha fir-rigward tal-metodu ta’ kalkoklu tal-ammont bażiku tal-multa imposta fuq ASPLA.


Top