This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0121
Judgment of the Court (Fourth Chamber), 3 October 2013.#Bernhard Rintisch v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM).#Appeal — Community trade mark — Regulation (EC) No 40/94 — Article 74(2) — Regulation (EC) No 2868/95 — First and third subparagraphs of Rule 50(1) — Opposition by the proprietor of an earlier trade mark — Existence of the mark — Evidence submitted in support of the opposition after the expiry of the period set for that purpose — Failure to take account thereof — Discretion of the Board of Appeal — Provision to the contrary — Circumstances precluding additional or supplementary evidence from being taken into account.#Case C‑121/12 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013.
Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 74(2) – Regolament (KE) Nru 2868/95 – L-ewwel u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) – Oppożizzjoni tal-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti – Eżistenza tat-trade mark – Provi prodotti insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit għal dan il-għan – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Dispożizzjoni kuntrarja – Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi addizzjonali jew supplimentari.
Kawża C‑121/12 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013.
Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 74(2) – Regolament (KE) Nru 2868/95 – L-ewwel u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) – Oppożizzjoni tal-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti – Eżistenza tat-trade mark – Provi prodotti insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit għal dan il-għan – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Dispożizzjoni kuntrarja – Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi addizzjonali jew supplimentari.
Kawża C‑121/12 P.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2013:639
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
3 ta’ Ottubru 2013 ( *1 )
“Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 74(2) — Regolament (KE) Nru 2868/95 — L-ewwel u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) — Oppożizzjoni tal-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti — Eżistenza tat-trade mark — Provi prodotti insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit għal dan il-għan — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Dispożizzjoni kuntrarja — Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi addizzjonali jew supplimentari”
Fil-Kawża C‑121/12 P,
li għandha bħala suġġett appell taħt l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2012,
Bernhard Rintisch, residenti f’Bottrop (il-Ġermanja), irrappreżentat minn A. Dreyer, avukat,
appellant,
il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), irrappreżentat minn G. Schneider, bħala aġent,
konvenut fl-ewwel istanza,
Valfleuri Pâtes alimentaires SA, stabbilita f’Wittenheim (Franza), irrappreżentata minn F. Baujoin, avukat,
intervenjenti fl-ewwel istanza,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský, U. Lõhmus, M. Safjan u A. Prechal, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-16 ta’ Mejju 2013,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
Permezz tal-appell tiegħu, B. Rintisch jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2011, Rintisch vs UASI – Valfleuri Pâtes alimentaires (PROTIVITAL) (T-109/09, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tiegħu intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-21 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1660/2007‑4) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-appellant u Valfleuri Pâtes alimentaires SA (iktar ’il quddiem “Valfleuri”). |
Il-kuntest ġuridiku
2 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it‑trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1), li daħal fis‑seħħ fit‑13 ta’ April 2009. Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti, il-kawża preżenti tibqa’ rregolata mir-Regolament Nru 40/94. |
3 |
Il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 40/94 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189), kif emendat bir‑Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2005, tad-29 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287M, p. 12, iktar ’il quddiem ir-“Regolament ta’ Implementazzjoni”). |
Ir-Regolament Nru 40/94
4 |
L-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 jipprovdi li “l-Uffiċċju jista’ ma jikkunsidrax fatti jew provi li ma jiġux preżentati fil-ħin preskritt mill-partijiet konċernati”. |
Ir-Regolament ta’ Implementazzjoni
5 |
Ir-Regola 19 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tipprovdi li:
[...]
|
6 |
Ir-Regola 20(1) ta’ dan ir-regolament, intitolata “Eżami ta’ l-oppożizzjoni” tipprovdi li: “Jekk sa l-iskadenza tal-perjodu msemmi f’Regola 19(1) il-parti li qed topponi ma tkunx approvat l-eżistenza, il-validità u l-iskop tal-protezzjoni tal-marka preċedenti tagħha jew tad-dritt preċedenti, kif ukoll id-dritt li tiffajlja oppożizzjoni, l-oppożizzjoni tiġi rrifjutata bħala bla bażi.” |
7 |
Ir-Regola 50 tal-imsemmi regolament intitolata “Eżami ta’ appelli”, tipprovdi fil-paragrafu 1 tagħha: “Sakemm ma jkunx provdut xorta oħra, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedimenti quddiem id-dipartiment li ħa d-deċiżjoni li kontra tagħha sar l-appell għand[hom] japplika[w] għal proċedimenti ta’ appell mutatis mutandis.” [...] Fejn l-appell isir kontra deċiżjoni ta’ Divizjoni ta’ Oppożizzjoni, il-Bord għandu jillimita l-eżami ta’ l-appell għall-fatti u evidenza ppreżentata fi ħdan il-limiti ta’ żmien stipulati jew speċifikati mid-Divizjoni ta’ Oppożizzjoni skond ir-Regolament [Nru 40/94] u dawn ir-Regoli, sakemm il-Bord ma jikkunsidrax li fatti u evidenza supplimentari jew addizzjonali għandu jittieħed kont tagħhom skond l-Artikolu 74(2) [tal-imsemmi] Regolament.” |
Ir-Regolament Nru 1041/2005
8 |
Il-premessa 7 tar-Regolament Nru 1041/2005 tipprovdi li: “Id-dispożizzjonijiet rigward il-proċedura ta’ oppożizzjoni għandhom jiġu mogħtija qafas kompletament ġdid sabiex ikunu speċifikati l-kundizzjonijiet ta’ ammissibilità, biex ikunu speċifikati l-konsegwenzi legali tad-defiċjenzi u sabiex id-dispożizzjonijiet jinġiebu fl-ordni kronoloġiku tal-proċedimenti.” |
Il-fatti li wasslu għall-kawża
9 |
Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew esposti mill-Qorti Ġenerali, fil-punti 1 sa 16 tas-sentenza appellata, hekk kif ġej:
[...]
[...]
|
Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata
10 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-17 ta’ Marzu 2009, B. Rintisch beda kawża fejn talab l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. |
11 |
Insostenn ta’ dan ir-rikors huwa qajjem tliet moviti iżda t-tieni wieħed biss fosthom huwa s-suġġett ta’ dan l-appell. Dan il-motiv kien ibbażat fuq ksur mill-Bord tal-Appell tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94, kif ukoll fuq abbuż ta’ poter. |
12 |
Wara li fakkret, fil-punti 31 u 32 tas-sentenza appellata, billi rreferiet għas-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2007, UASI vs Kaul (C-29/05 P, Ġabra p. I-2213, punt 42), li mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 jirriżulta li, bħala regola ġenerali u sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja, il-produzzjoni ta’ fatti u ta’ provi mill-partijiet tibqa’ possibbli wara l-iskadenza tat-termini li għalihom hija suġġetta tali produzzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament, u li l-UASI bl-ebda mod ma huwa ipprojbit milli jieħu inkunsiderazzjoni fatti u provi invokati jew prodotti tardivament, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel parti tal-motiv kif imqajjem minn B. Rintisch billi essenzjalment iddeċidiet, fil-punti 33 sa 42 tas-sentenza appellata, kif ġej:
[...]
|
13 |
Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tieni parti tat-tieni motiv għar-raġuni li ġejja:
|
14 |
Peress li ċaħdet ukoll il-motivi l-oħra invokati minn B. Rintisch insostenn tar-rikors tiegħu, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-imsemmi rikors. |
It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
15 |
Permezz tal-appell tiegħu, B. Rintisch qed jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
16 |
L-UASI u Valfleuri jitolbu li l-appell jiġi miċħud u li B. Rintisch jiġi kkundannat għall-ispejjeż. |
Fuq l-appell
17 |
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji bbażati rispettivamet fuq ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 u fuq abbuż ta’ poter mill-Bord tal-Appell. |
Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94
1. L-argumenti tal-partijiet
18 |
B. Rintisch isostni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 u tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni. |
19 |
Huwa jsostni għalhekk li l-Qorti Ġenerali injorat it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) ta’ dan ir-regolament tal-aħħar minkejja li din hija dispożizzjoni speċjali għall-eżami tar-rikorsi li tipprevedi espressament l-applikazzjoni tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 u li għaldaqstant tagħti lill-Bord tal-Appell setgħa diskrezzjonali sabiex jiddetermina jekk għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni jew le l-fatti jew il-provi addizzjonali jew supplimentari. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali naqset, b’mod żbaljat, milli tistabbilixxi distinzjoni bejn il-fatti ġodda u l-produzzjoni tardiva ta’ fatti u ta’ provi addizzjonali jew supplimentari fis-sens tat-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni. |
20 |
L-UASI jikkontesta l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti proposta mill-appellant. Huwa jqis li l-Qorti Ġenerali osservat b’mod korrett li r-Regola 20(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala dispożizzjoni kuntrarja, fis-sens tas-sentenza UASI vs Kaul, iċċitata iktar ’il fuq, inkwantu hija dispożizzjoni mandatorja li tistabbilixxi terminu ta’ natura perentorja. |
21 |
Valfleuri tqies li r-Regoli 19(4) u 20(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni huma dispożizzjonijiet espressi u mandatorji li jeskludu kwalunkwe possibbiltà għall-UASI li jestendi t-terminu mogħti lill-parti li qed topponi sabiex tipprova l-eżistenza u l-validità tat-trade marks preċedenti. Konsegwentement, fis-sitwazzjoni inkwistjoni, l-UASI ma għandux il-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lilu mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
22 |
L-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 jipprovdi li l-UASI jista’ ma jiħux inkunsiderazzjoni fatti li l-partijiet ma jkunux invokaw jew provi li ma jkunux ipproduċew fil-ħin preskritt. |
23 |
Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li, bħala regola ġenerali u sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja, il-produzzjoni ta’ fatti u ta’ provi mill-partijiet tibqa’ possibbli wara l-iskadenza tat-terminu li għalih hija suġġetta tali produzzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 40/94, u l-UASI bl-ebda mod ma huwa pprojbit milli jqis fatti u provi invokati jew ippreżentati b’dan il-mod tardiv (sentenzi UASI vs Kaul, iċċitati iktar ’il fuq, punt 42, u tat-18 ta’ Lulju 2013, New Yorker SHK Jeans vs UASI, C‑621/11 P, punt 22). |
24 |
Billi tippreċiża li dan tal-aħħar “jista’”, f’każ bħal dan, jiddeċiedi li ma jiħux inkunsiderazzjoni tali provi, l-imsemmija dispożizzjoni tagħti, fil-fatt, lill-UASI setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex jiddeċiedi, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu fuq dan il-punt, jekk hemmx lok li jeħodhom inkunsiderazzjoni jew le (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, UASI vs Kaul, punt 43, u New Yorker SHK Jeans vs UASI, punt 23). |
25 |
Sa fejn l-ewwel aggravju mressaq mill-appellant jikkonċerna biss is-setgħa diskrezzjonali li għandu, fil-fehma tiegħu, il-Bord tal-Appell tal-UASI, huwa xieraq li, sabiex jiġi ddeterminat jekk teżistix dispożizzjoni kuntrarja li tista’ teskludi tali setgħa, isir riferiment għar-Regoli li jirregolaw il-proċedura ta’ appell. |
26 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni jipprovdi li, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedimenti quddiem id-dipartiment li ħa d-deċiżjoni li kontra tagħha sar l-appell għandhom japplikaw għal proċedimenti ta’ appell mutatis mutandis. |
27 |
Il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 37 tas-sentenza appellata, li minn din id-deċiżjoni jirriżulta li l-Bord tal-Appell kien obbligat japplika r-Regola 20(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni u, minħabba f’hekk, li jikkunsidra li l-produzzjoni ta’ provi intiżi sabiex jistabbilixxu l-eżistenza, il-validità u l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti wara l-iskadenza tat-terminu mogħti għal dan il-għan mill-UASI twassal għaċ-ċaħda tal-oppożizzjoni, mingħajr ma l-Bord tal-Appell għandu setgħa diskrezzjonali f’dan ir-rigward. |
28 |
Billi għamlet dan, il-Qorti Ġenerali tat interpretazzjoni żbaljata tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni li tmur kontra l-portata tat-tielet subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni. |
29 |
Fil-fatt, għalkemm l-ewwel subparagrafu tal-imsemmija dispożizzjoni jistabbilixxi l-prinċipju li d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedimenti quddiem id-dipartiment li ħa d-deċiżjoni li kontra tagħha sar l-appell għandhom japplikaw għal proċedimenti ta’ appell mutatis mutandis, it-tielet subparagrafu tal-istess dispożizzjoni jikkostitwixxi regola speċjali, li tidderoga minn dan il-prinċipju. Din ir-regola speċjali hija speċifika għall-proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni u tispeċifika r-regoli, quddiem il-Bord tal-Appell, għall-fatti u provi prodotti wara l-iskadenza tat-termini stabbiliti jew speċifikati fl-ewwel istanza. |
30 |
It-tielet subaragrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni għandu għalhekk jiġi applikat, fuq dan il-punt partikolari tal-proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, minflok id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedimenti quddiem l-imsemmi dipartiment, li fosthom tinsab ir-Regola 20(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni. |
31 |
Għandu jiġi enfasizzat li din ir-regola speċjali ġiet introdotta fir-Regolament ta’ Implementazzjoni waqt l-emenda tiegħu bir-Regolament Nru 1041/2005 li, skont il-premessa 7 tiegħu, għandu b’mod partikolari l-għan li jiġu speċifikati l-konsegwenzi legali tal-irregolaritajiet proċedurali ta’ matul il-proċedimenti tal-oppożizzjoni. Din il-konstatazzjoni tikkonferma li l-konsegwenzi, quddiem il-Bord tal-Appell, tad-dewmien osservat waqt is-sottomissjoni tal-provi quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-imsemmija regola. |
32 |
Issa, skont it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, meta l-appell isir kontra deċiżjoni ta’ Divizjoni tal-Oppożizzjoni, il-Bord tal-Appell għandu jillimita l-eżami tal-appell għall-fatti u għall-provi prodotti fit-termini stipulati jew speċifikati mid-Divizjoni tal-Oppożizzjoni, sakemm huwa ma jikkunsidrax li fatti u provi addizzjonali jew supplimentari għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94. |
33 |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implementazzjoni jipprovdi espressament li waqt l-eżami ta’ appell minn deċiżjoni ta’ Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, il-Bord tal-Appell għandu setgħa diskrezzjonali li tirriżulta mit-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni u mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 sabiex jiddeċiedi jekk hemmx lok li jieħu inkunsiderazzjoni provi addizzjonali jew supplimentari li ma ġewx prodotti fit-termini stabbiliti jew speċifikati mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni. |
34 |
Konsegwentement, billi fil-punt 42 tas-sentenza appellata ddeċidiet li r-Regola 20(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni kienet tikkostitwixxi dispożizzjoni kuntrarja li tipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni, mill-Bord tal-Appell, tal-provi prodotti tardivament mill-appellant quddiem l-UASI, bil-konsegwenza li dan il-Bord ma kellu ebda marġni ta’ diskrezzjoni bbażat fuq l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-provi, il-Qorti Ġenerali vvizzjat is-sentenza tagħha bi żball ta’ liġi. |
35 |
Għaldaqstant, għandu jitfakkar li, jekk il-motivi ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali juru ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda d-dispożittiv tagħha jidher fondat minħabba motivi ta’ dritt oħra, l-appell għandu jiġi miċħud (sentenzi tat-13 ta’ Lulju 2000, Salzgitter vs Il-Kummissjoni, C-210/98 P, Ġabra p. I-5843, punt 58, u tad-29 ta’ Marzu 2011, ThyssenKrupp Nirosta vs Il-Kummissjoni, C-352/09 P, Ġabra p. I-2359, punt 136). |
36 |
Mill-kunsiderazzjoni li jinsabu fil-punt 34 tas-sentenza preżenti jirriżulta li, billi kkonstata, fil-punti 38 sa 40 tad-deċiżjoni kkontestata, li mir-Regola 20(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni kien jirriżulta li huwa ma kellux setgħa diskrezzjonali sabiex jiddeċiedi jekk hemmx lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni provi prodotti tardivament tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti, il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi. |
37 |
Madankollu, għandu jiġi rrilevat li l-Bord tal-Appell indika, fil-punt 42 tad-deċiżjoni kkontestata, li kieku kien iddikjarat li huwa kellu setgħa diskrezzjonali sabiex jiddeċiedi jekk hemmx lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni dokumenti prodotti tardivament, huwa kien jeżerċitha kontra l-parti li qed topponi. Sussegwentement, fil-punti 43 sa 46 ta’ din id-deċiżjoni, huwa espona r-raġunijiet li kienu jiġġustifikaw din il-konklużjoni. |
38 |
Dawn ir-raġunijiet, mogħtija b’mod sussidjarju mill-Bord tal-Appell sabiex jirrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni l-provi prodotti tardivament minn B. Rintisch, ma humiex tali li jirrimedjaw id-difett li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata ħlief jekk jippermettu li jiġi meqjus li l-Bord tal-Appell eżerċita b’mod effettiv is-setgħa diskrezzjonali li jtih l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94, sabiex jiddeċiedi, billi ingħataw ir-raġunijiet u b’kont meħud taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, jekk kienx hemm lok li jieħu inkunsiderazzjoni l-provi prodotti tardivament quddiemu sabiex jagħti d-deċiżjoni li kien mitlub li jagħti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Settembru 2013, Centrotherm Systemtechnik vs UASI u centrotherm Clean Solutions, C‑610/11 P, punt 110). |
39 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, b’mod partikolari, li t-teħid inkunsiderazzjoni mill-UASI ta’ fatti jew ta’ provi prodotti tardivament meta jkun mitlub jagħti deċiżjoni fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni, jista’ partikolarment jiġi ġġustifikat meta dan jikkunsidra li, minn naħa, il-provi prodotti tardivament jistgħu prima facie jkollhom rilevanza reali għal dak li jikkonċerna l-eżitu tal-oppożizzjoni magħmula quddiemu u, min-naħa l-oħra, l-istadju tal-proċedimenti li fihom jiġu prodotti tardivament u ċ-ċirkustanzi relatati ma’ dan ma jipprekludux dan it-teħid inkunsiderazzjoni (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, UASI vs Kaul, punt 44, kif ukoll Centrotherm Systemtechnik vs UASI u centrotherm Clean Solutions, punt 113). |
40 |
F’dan il-każ, peress li Rintisch ibbaża l-oppożizzjoni tiegħu b’mod partikolari fuq tliet trade marks Ġermaniżi rreġistrati, il-provi tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ dawn it-trade marks li huwa kellu jipproduċi matul il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni huma elenkati, b’mod preċiż u eżawrjenti, fir-Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni. Għaldaqstant, B. Rintisch kien messu kien jaf, anki qabel il-preżentata tal-oppożizzjoni tiegħu, liema dokumenti preċiżi kellu jipproduċi sabiex isostni din l-oppożizzjoni. Konsegwentement, il-Bord tal-Appell għandu jeżerċita, f’dawn iċ-ċirkustanzi, is-setgħa diskrezzjonali tiegħu b’mod restrittiv u jista’ jaċċetta l-produzzjoni tardiva ta’ tali provi biss jekk iċ-ċirkustanzi relatati magħha jistgħu jiġġustifikaw id-dewmien tal-appellant fis-sottomissjoni tal-provi meħtieġa minnu. |
41 |
Sabiex jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell enfasizza b’mod partikolari li B. Rintisch kellu l-prova tat-tiġdid tat-trade marks inkwistjoni sa mill-15 ta’ Jannar 2007 u li ma ta ebda raġuni għaliex żamm dan id-dokument sa Ottubru 2007. |
42 |
Għaldaqstant, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li ċ-ċirkustanzi relatati mal-produzzjoni tardiva tal-provi tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni tat-trade marks inkwistjoni ma jistgħux jiġġustifikaw id-dewmien tal-appellanti fis-sottomissjoni tal-prova li tagħha huwa kellu l-oneru. |
43 |
Il-fatt li B. Rintisch ipproduċa, qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, siltiet mir-reġistru online tad-Deutsches Patent- und Markenamt li jsemmu t-tiġdid tat-trade marks inkwistjoni b’lingwa oħra li ma hijiex il-lingwa tal-proċedura ma huwiex tali li jimmina din l-analiżi inkwantu huwa ċar mir-Regola 19(4) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni li l-UASI ma jiħux inkunsiderazzjoni dokumenti li ma humiex prodotti jew li ma humiex tradotti bil-lingwa tal-proċedura, f’dan it-terminu. |
44 |
Minn dan isegwi li l-Bord tal-Appell kien intitolat jirrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni l-provi prodotti minn B. Rintisch wara l-iskadenza tat-termini mogħtija għal dan il-għan mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, mingħajr ma kien neċessarju li jiddeċiedi dwar ir-rilevanza eventwali ta’ dawn il-provi jew jiddetermina jekk l-istadju tal-proċedimenti li fih ġew prodotti tardivament jipprekludix dan it-teħid inkunsiderazzjoni. |
45 |
Fil-fatt, bil-kontra ta’ dak li jsostni B. Rintisch, il-Bord tal-Appell ma huwiex obbligat, meta jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu taħt l-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94, li jeżamina t-tliet kriterji msemmija fil-punt 39 tas-sentenza preżenti meta wieħed minn dawn il-kriterji jkun biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li huwa ma għandux jieħu inkunsiderazzjoni l-provi inkwistjoni prodotti tardivament (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-4 ta’ Marzu 2010, Kaul vs UASI, C‑193/09 P, punt 38). |
46 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iżball ta’ liġi, identifikat fil-punt 34 tas-sentenza preżenti, li bih hija vvizzjata s-sentenza appellata, ma għandux effett fuq l-eżami tal-appell, peress li ċ-ċaħda tal-ewwel parti tat-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 min-naħa tal-Qorti Ġenerali fil-punt 47 ta’ din is-sentenza hija ġġustifikata minn motivi oħra ta’ liġi li ma humiex dawk mogħtija mill-Qorti Ġenerali u għaldaqstant ma jistax iwassal għall-annullament tal-imsemmija sentenza. |
Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq abbuż ta’ poter mill-Bord tal-Appell
L-argumenti tal-partijiet
47 |
B. Rintisch isostni li l-Qorti Ġenerali ssottovalutat il-fatt li l-Bord tal-Appell kien abbuża mill-poteri tiegħu. |
48 |
L-UASI jikkonstata li ebda argument li jsostni t-tieni aggravju ma jista’ jinsab fl-appell. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
49 |
Għal dak li jirrigwarda t-tieni aggravju, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-appellant jagħmel sempliċement dikjarazzjonijiet ġenerali u mkien ma jidentifika l-punti tas-sentenza appellata li huwa jikkritika u, min-naħa l-oħra, li huwa ma jsemmix l-argumenti legali li jressaq insostenn ta’ dan l-aggravju. |
50 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, mill-Artikolu 256 TFUE, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 112(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, fis-seħħ fid-data tal-preżentata tal-appell, li sar l-Artikoli 168(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba, taħt piena ta’ inammissibbiltà tal-appell jew tal-aggravju kkonċernat (sentenzi tat-28 ta’ Ġunju 2005, Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni, C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425, punt 426, kif ukoll tat-22 ta’ Diċembru 2008, British Aggregates vs Il-Kummissjoni, C-487/06 P, Ġabra p. I-10515, punt 121). |
51 |
It-tieni aggravju ppreżentat minn B. Rintisch insostenn tal-appell tiegħu ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti u konsegwentement għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
52 |
Peress li ebda wieħed mill-aggravji invokati mill-appellant insostenn tal-appell tiegħu ma jista’ jintlaqa’, dan għandu jiġi miċħud. |
Fuq l-ispejjeż
53 |
Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba. |
54 |
Peress li l-appellant tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż kif mitlub mill-UASI u Valfleuri. |
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.