Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0003

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013.
    Syndicat OP 84 vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer).
    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza).
    Agrikoltura — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija — Kunċett ta’ ‘perijodu ta’ skrutinju’ — Possibbiltà ta’ estensjoni, minn Stat Membru, tal-perijodu ta’ skrutinju fil-każ ta’ impossibbiltà materjali li jsir skrutinju matul it-terminu mogħti — Ħlas lura tal-għajnuna rċevuta — Sanzjonijiet.
    Kawża C‑3/12.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2013:389

    Partijiet
    Motivi tas-sentenza
    Parti operattiva

    Partijiet

    Fil-Kawża C-3/12,

    li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-2 ta’ Jannar 2012, fil-proċedura

    Syndicat OP 84

    vs

    Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor), li min-naħa tiegħu huwa l-aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (Oniflhor),

    IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),

    komposta minn L. Bay Larsen, President ta’ Awla, J. Malenovský, U. Lõhmus, M. Safjan (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,

    Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,

    Reġistratur: A. Calot Escobar,

    wara li rat il-proċedura bil-miktub,

    wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

    – għall-Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), minn J.-C. Balat, avukat,

    – għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u N. Rouam, bħala aġenti,

    – għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar u B. Majczyna, bħala aġenti,

    – għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Rossi u D. Bianchi, bħala aġenti,

    wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-14 ta’ Marzu 2013,

    tagħti l-preżenti

    Sentenza

    Motivi tas-sentenza

    1. It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(4) u (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 208), kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094//94, tat-12 ta’ Diċembru 1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 17, p. 24, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 4045/89”).

    2. Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn l-organizzazzjoni agrikola Syndicat OP 84 u l-Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor), li min-naħa tiegħu huwa l-aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (Oniflhor), fir-rigward tal-legalità tal-irkupru ta’ għajnuna Komunitarja li tirriżulta mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”.

    Il-kuntest ġuridiku

    3. L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal-21 ta’ April 1970, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 94, p. 1) jipprovdi:

    “L-Istati Membri għandhom, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex:

    – Jiżguraw ruħhom dwar ir-realtà u r-reolarità tat-tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-[FAEGG],

    – jipprevjenu u jipproċedu kontra l-irregolaritajiet,

    – jirkupraw is-somom mitlufa bħala riżultat ta’ irregolaritajiet jew ta’ negliġenza.

    [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    4. L-ewwel sar-raba’ u l-għaxar premessi tar-Regolament Nru 4045/89 jipprovdu:

    “skond Artikolu 8 tar-Regolament [...] Nru 729/70 [...], l-Istati Membri jieħdu l-mizuri neċessarji sabiex ikunu sodisfatti illi t-transazzjonijiet iffinanzjati mill-[FAEGG] ikunu attwalment attwati u esegwiti b’mod korrett, u jipprevjeni u jieħu ħsieb irregolaritajiet u sabiex jirkupra somom mitlufa bħala rizultat ta’ irregolaritajiet jew negliġenza;

    [...] dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskrutinju li huma aktar estensivi minn dawk li hemm fir-Regolament m’humiex affetwati minn dan ir-Regolament;

    [...] l-Istati Membri għandhom jkunu nkoraġġiti sabiex jinfurzaw l-iskrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi li qed jirċievu jew jagħmlu pagament li huma jkunu għamlu skond d-Direttiva [tal-Kunsill 77/435/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1977, dwar l-iskrutinju, mill-Istati Membri, tat-tranżazzjonijiet li jagħmlu parti mis-sistema ta’ finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, Taqsima ‘Garanzija’ (ĠU L 172, p. 17)];

    [...] l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-regoli li hemm fid-Diretiva [...] żvela l-bżonn li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva jiġu emendati fuq il-bażi ta’ l-esperjenza mirbuħa; billi in vista tan-natura tad-dispożizzjonijiet konċernati l-emendi għandhom ikunu nkulżi f’Regolament;

    [...]

    [...] filwaqt illi hija r-responsabilità ta’ l-Istati Membri fl-ewwel waqt li jaddotaw il-programmi ta’ skrutinju tagħhom, huwa neċessarju illi dwan il-programmi jkunu komunikati lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista tassumi l-irwol tagħha ta’ superviżjoni u koordinazzjoni u tassigura illi l-programmi jkunu addottati fuq il-bażi ta’ kriterji xierqa; billi l-iskrutinju jista’ għalhekk ikun konċentrat fuq setturi jew impriżi fejn ir-riskju ta’ frodi huwa għoli”.

    5. L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 4045/89 jipprovdi:

    “Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament ‘dokumenti kummerċjali’ ifisser il-kotba kollha, reġistri, vouchers u dokumenti in sostenn, kontijiet u korrispondenza relatati ma’ l-attività kummerċjali ta’ l-impriża, kif ukoll informazzjoni kummerċjali, sakemm dawn id-dokumenti jkollhom x’jaqsmu direttament jew indirettament mat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu [subartikolu] 1”.

    6. L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprovdi:

    “1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu skrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi u jieħdu in konsiderazzjoni t-transazzjonijiet li għandhom ikunu skrutinati. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla ta’ l-impriżi għall-iskrutinju tagħti l-aħjar assigurazzjoni possibbli ta’ l-effiċjenza tal-miżuri sabiex jipprevjenu u jsibu l-irregolaritajiet skond is-sistema ta’ finanzjament tas-Sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG. Inter alia , l-għażla għandha tieħu in konsiderazzjoni l-importanza finanzjarja ta’ l-impriżi f’dik is-sistema u fatturi oħra ta’ riskju.

    [...]

    4. Il-perjodu ta’ skrutinju għandu idum mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

    L-iskrutinju għandu jkopri perjodu ta’ mill-inqas 12 il-xahar li jintemm waqt il-perjodu ta’ skrutinju ta’ qabel; jista’ jiġi estiż għal perjodi, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru, li jiġu qabel jew wara l-perjodu ta’ 12 il-xahar.

    [...]”

    7. Skont l-Artikolu 4 tal-istess regolament:

    “L-impriżi għandhom iżommu d-dokumenti kummerċjali li jagħmlu riferenz għalihom Artikoli 1 (2) u 3 għal mill-anqas tlett snin, li jibdew mill-aħħar tas-sena meta ikunu saru.

    L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal ta’ kemm dawn id-dokumenti jistgħu jinżammu.”

    8. L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 4045/89 jipprovdi:

    Il-persuni responsabbli għall-impriża, jew terzi persuni, għandhom jassiguraw li d-dokumenti kummerċjali kollha u l-informazzjoni addizzjonali jiġu provduti lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jew lill-persuni maħtura għal dak l-iskop. Dettalji maħżuna elettronikament għandhom ikunu provduti fuq medja xieraq li tappoġġa d-dettalji.”

    9. L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament jipprovdi:

    “1. L-Istati Membri għandom jassiguraw illi l-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jkollhom l-awtorità illi jaqbdu dokumenti kummerċjali, jew li jordnaw illi jinqabdu. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat b’rispett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u m’għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tar-regoli li jirregolaw proċeduri f’materji kriminali li jikkonċernaw il-qbid ta’ dokumenti.

    2. L-Istati Membri għandhom jaddottaw il-miżuri xierqa sabiex jippenalizzaw il-persuni naturali jew ġuridiċI li jonqsu milli jagħmlu l-obbligazzjonijiet tagħhom skond dan ir-Regolament.”

    10. L-Artikolu 9(1) tal-istess regolament jipprovdi:

    “Qabel l-1 ta’ Jannar li jsegwi l-perjodu ta’ skrutinju l-Istati Membri għandom jibgħatu lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”

    11. Il-punt 4(g) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1863/90, tad-29 ta’ Ġunju 1990, li jipprovdi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 4045/89 (ĠU L 170, p. 23), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2278/96, tat-28 ta’ Novembru 1996 (ĠU L 308, p. 30, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1863/90”), jipprovdi l-komunikazzjoni, fir-rapport annwali ppreżentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 4045/89, tar-“riżultati tal-iskrutinji, mwettqa taħt il-perijodu ta’ skrutinju li jippreċedi dak kopert minn dan ir-rapport, li r-riżultati tagħhom ma kinux disponibbli meta ġie kkomunikat ir-rapport li jikkonċerna dan il-perijodu”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

    12. Is-Syndicat OP 84, li huwa organizzazzjoni agrikola li tiġbor fiha 48 produttur ta’ frott u ħaxix, implementa pjan operattiv li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Lulju 1997 sal-31 ta’ Diċembru 1998. F’dan is-sens huwa rċieva għajnuna Komunitarja mill-FAEGG, Taqsima ‘Garanzija’.

    13. Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Mejju 2000, is-Syndicat OP 84 ġie informat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-applikazzjoni ta’ skrutinju fuq il-post skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 4045/89. Madankollu l-operazzjoni ta’ skrutinju setgħet tiżvolġi biss mit-22 ta’ Jannar 2001 sabiex intemmet fl-24 ta’ Jannar 2001.

    14. Peress li dan l-iskrutinju ppermetta li jiġi kkonstatat li ċerti azzjonijiet li fir-rigward tagħhom is-Syndicat OP 84 ippretenda li jkollu dritt għall-għajnuna Komunitarja ma kinux eliġibbli minħabba n-natura purament individwali tagħhom u li l-metodi ta’ trasferiment ta’ fondi operattiv mill-Istati Membri tas-Syndicat OP 84 ma kinux konformi mal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 55), l-Oniflhor, permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Ottubru 2001, talbet lis-Syndicat OP 84 iħallas is-somom kollha irċevuti għas-snin 1997 u 1998 u, sussegwentement, ħarġet titolu eżekuttiv għas-somom li għandhom jiġu rkuprati.

    15. Permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Novembru 2006, it-tribunal administratif de Marseille annulla t-titolu eżekuttiv maħruġ kontra s-Syndicat OP 84. Madankollu, permezz ta’ sentenza tat-8 ta’ Diċembru 2008, il-cour administrative d’appel de Marseille annullat din id-deċiżjoni u ċaħdet it-talbiet ippreżentati mis-Syndicat OP 84 quddiem it-tribunal administratif de Marseille. Għalhekk, is-Syndicat OP 84 ippreżenta appell ta’ kassazzjoni quddiem il-Conseil d’État.

    16. Insostenn tal-appell tiegħu, is-Syndicat OP 84 invoka b’mod partikolari aggravju bbażat fuq l-iżball ta’ liġi li allegatament wettqet il-cour administrative d’appel de Marseille billi ddeċidiet li l-amministrazzjoni setgħet, mingħajr ma tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 4045/89, tibda skrutinju matul il-perijodu ta’ skrutinju inkluż bejn l-1 ta’ Lulju  1999 u t-30 ta’ Ġunju 2000, minħabba l-fatt li l-aġir tagħha kien għamilha impossibbli li jkun hemm skrutinju effettiv matul l-ewwel perijodu.

    17. Billi qies li r-risposta għal dan il-motiv iqajjem kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 4045/89, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċedura quddiemu u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    “1) Il-‛perijodu ta’ skrutinju’ bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara msemmi fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament [Nru 4045/89], għandu jinftiehem bħala dak it-terminu li fih l-amministrazzjoni inkarigata mill-iskrutinju għandha tinforma lill-organizzazzjoni tal-produtturi dwar l-iskrutinju ppjanat, tibda u tikkonkludi t-tranżazzjonijiet ta’ skrutinju kollha fuq il-post u permezz tad-dokumenti u tikkomunika r-riżultati dwar l-iskrutinju, jew bħal dak it-terminu li fih xi wħud biss minn dawn l-atti ta’ proċedura għandhom jiġu effettwati?

    2) Fil-każ li l-imġiba jew in-nuqqasijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi jagħmluha impossibbli li jitwettaq b’mod effettiv skrutinju mibdi matul il-perijodu ta’ skrutinju, l-amministrazzjoni tista’, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet espressi f’dan is-sens [fl-imsemmi ]regolament [...], tkompli twettaq it-tranżazzjonijiet tagħha ta’ skrutinju fit-terminu tal-perijodu ta’ skrutinju li jkun imiss mingħajr ma tivvizzja l-proċedura b’xi rregolarità li mbagħad min ikun ġie skrutinat ikun jista’ jinvoka kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-konsegwenzi li jistgħu jinsiltu mir-riżultati ta’ dan il-kontroll [skrutinju]?

    3) Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, l-amministrazzjoni tista’, meta l-imġiba jew in-nuqqasijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi jrendu impossibbli skrutinju effettiv, teżiġi l-ħlas lura tal-għajnuna mħallsa? Tali miżura tikkostitwixxi waħda mis-sanzjonijiet li jistgħu jiġu previsti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta[l-istess ]Regolament?”

    Fuq id-domandi preliminari

    Fuq l-ewwel u t-tieni domandi

    18. Permezz tal-ewwel u t-tieni domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjoni tista’ twettaq operazzjoni ta’ skrutinju, imħabbra matul il-perijodu ta’ skrutinju inkluż bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, mingħajr ma l-proċedura tiġi vvizzjata b’irregolarità li l-operatur skrutinat ikun jista’ jinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet il-konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju.

    19. Ċertament huwa minnu li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 li jipprovdi li “[i]l-perjodu ta’ skrutinju għandu idum mill-1 ta’ Lulju [ta’ sena partikolari] sat-30 ta’Ġunju tas-sena ta’ wara”, ma jipprovdix espliċitament il-possibbiltà li titkompla operazzjoni ta’ skrutinju, li tkun tħabbret lill-operatur matul il-perijodu indikat, lil hinn minn dan il-perijodu, sew jekk tali possibbiltà tkun motivata permezz ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-operatur sew jekk le.

    20. Sabiex tiġi interpretata din id-dispożizzjoni, hemm għaldaqstant lok li jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem u l-istruttura tagħha, iżda wkoll il-kuntest tiegħu u l-għanijiet segwiti mir-Regolament Nru 4045/89 kollu kemm hu.

    21. Fir-rigward tal-imsemmija għanijiet, minn interpretazzjoni magħquda tal-ewwel, it-tielet u r-raba’ premessi tar-Regolament Nru 4045/89 jirriżulta li dan għandu l-intenzjoni li jsaħħaħ l-effikaċja tal-iskrutinji f’idejn l-Istat Membri sabiex jipprevjenu u jeliminaw l-irregolaritajiet li jistgħu jeżistu fil-qasam tal-FAEGG (ara s-sentenza tat-13 ta’ Ġunju 2013, Unanimes et , C-671/11 sa C-676/11, ippubblikata fil-Ġabra preżenti, punt 17).

    22. Sabiex jiggarantixxi r-realtà u l-effikaċja tal-iskrutinji nazzjonali u, għaldaqstant, ir-rekwiżit ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament Nru 4045/89 jissuġġetta l-imsemmija skrutinji nnifishom għas-superviżjoni u l-koordinazzjoni eżerċitati mill-Kummissjoni, bħal ma tindika l-għaxar premessa tiegħu. Huwa preċiżament l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament li huwa intiż jorganizza s-sistema uniformi ta’ skrutinju taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni. Permezz tas-subartikolu 4 tiegħu, dan l-artikolu jiżgura b’mod partikolari ċerta sistematiċità u ċerta perjodiċità ta’ skrutinju (ara s-sentenza Unanimes et , iċċitata iktar ’il fuq, punt 18).

    23. Peress li għalhekk l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 4045/89 huwa intiż sabiex jiġbor fih l-attività ta’ skrutinju tal-Istati Membri għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-kunċett ta’ perijodu ta’ skrutinju għandu jiġi interpretat fir-rigward tal-għan ta’ effikaċja tal-iskrutinji rikjesti minn dan l-artikolu.

    24. Issa, l-osservanza tal-imsemmi għan jinvolvi li operazzjoni ta’ skrutinju tista’ sseħħ lil hinn mill-perijodu ta’ skrutinju hekk kif inhu spjegat fl-Artikolu 2(4) tal-imsemmi regolament meta kien materjalment impossibbli li titwettaq xi tip ta’ operazzjoni fit-terminu mogħti.

    25. L-istess jista’ jseħħ ukoll meta ma jkunx l-operatur skrutinat li jkun għamilha impossibbli li jintemm l-iskrutinju fit-terminu mogħti.

    26. Madankollu għandu jiġi speċifikat li fil-każ fejn huwa impossibbli li tintemm l-operazzjoni ta’ skrutinju u, għaldaqstant, li jiġu kkomunikati r-riżultati tagħha lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti sabiex isiru rispettivament din l-operazzjoni u din il-komunikazzjoni hija imputabbli għall-awtoritajiet ta’ skrutinju, l-Istat Membru kkonċernat ma jistax jinvoka, fir-rigward tal-Unjoni, l-għan ta’ effikaċja sabiex jiġġustifika n-nuqqas ta’ osservanza tal-perjodiċità tal-iskrutinji hekk kif previst fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89.

    27. Qabel kollox, jidher li diġà kienet intiża l-possibbiltà li jiżvolġi operazzjoni ta’ skrutinju skont il-ħtieġa meta ġie adottat ir-Regolament Nru 1863/90. Hekk kif fakkret il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-punt 4(g) tal-Anness II tal-imsemmi regolament jippermetti li jiġu inklużi r-riżultati tal-iskrutinji magħmula skont il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti li ma kinux disponibbli meta ġie kkomunikat ir-rapport li jikkorrispondi għal dan il-perijodu. Peress li dan ir-rapport għandu, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 4045/89, jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar li jsegwi l-perijodu ta’ skrutinju, ir-Regolament Nru 1863/90 jirrikonoxxi, mill-inqas, il-possibbiltà li tiġi ffinalizzata l-operazzjoni ta’ skrutinju, mibdija waqt il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, wara li dan jintemm.

    28. B’hekk, għandu jiġi osservat li, fir-rigward tal-operaturi skrutinati, ir-regolarità tal-iskrutinji magħmula ma tistax tiddependi fuq il-kwistjoni dwar kemm l-implementazzjoni tal-imsemmija skrutinji tikkorrispondi għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89.

    29. Fil-fatt, l-imsemmija dispożizzjoni tieħu ħsieb tistabbilixxi regoli organizzattivi bil-għan li tiggarantixxi l-effikaċja tal-iskrutinji u tillimita ruħha, hekk kif jirriżulta mill-punt 22 ta’ din is-sentenza, sabiex tiggverna r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Unjoni għal finijiet ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ din tal-aħħar. Min-naħa l-oħra, din l-istess dispożizzjoni ma titrattax ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ta’ skrutinju u l-operaturi skrutinati.

    30. B’hekk, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-operaturi inkwistjoni dritt li jippermettilhom jipprekludu skrutinji oħra jew usa’ minn dawk intiżi minn din id-dispożizzjoni. Fir-rigward tal-fatt li jkollu bħala konsegwenza eventwali li jipprekludi l-irkupru ta’ għajnuna rċevuta jew użata irregolarment, tali dritt barra minn hekk jipperikola l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (ara s-sentenza Unanimes et , iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).

    31. Fi kwalunkwe każ, l-iskrutinji rikjesti mir-Regolament Nru 4045/89 jikkonċernaw operaturi li volontarjament aderew mas-sistema ta’ sostenn stabbilita mill-FAEGG, Taqsima “Garanzija”, u li, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna, aċċettaw l-implementazzjoni ta’ skrutinji sabiex tiġi vverifikata r-regolarità tal-użu tar-riżorsi tal-Unjoni. Dawn l-operaturi ma jistgħux validament iqiegħdu inkwistjoni r-regolarità ta’ tali skrutinju għas-sempliċi raġuni li dan ma jkunx segwa r-regoli organizzattivi li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (ara s-sentenza Unanimes et , iċċitata iktar ’il fuq, punt 30).

    32. Xorta jibqa’ l-fatt li ċ-ċertezza legali tal-operaturi skrutinati fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu dawn l-iskrutinji u jiddeċiedu, jekk ikun il-każ, dwar it-tressiq ta’ azzjonijiet legali hija ggarantita bit-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet legali, iffissat fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340), inizjalment għal erba’ snin mit-twettiq tal-ksur ta’ dispożizzjoni ta’ dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew minn ommissjoni ta’ operatur ekonomiku li għandu jew jista’ jkollu bħala effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni. Issa, hekk kif diġà osservat il-Qorti tal-Ġustizzja, it-termini ta’ preskrizzjoni jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-funzjoni li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali (ara s-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Handlbauer, C-278/02, Ġabra p. I-6171, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    33. Il-possibbiltà li l-benefiċjarju ta’ għajnuna mogħtija fil-kuntest tas-sistema ta’ sostenn stabbilita mill-FAEGG, Taqsima “Garanzija”, jkollu jsofri operaazzjoni ta’ skrutinju lil hinn mill-perijodu stabbilit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għaldaqstant ma tistax titqies li tippreġudika l-prinċipju ta’ ċertezza legali sakemm it-terminu ta’ preskrizzjoni ma jkunx għadu ddekorra.

    34. Mill-punti preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta għall-ewwel u għat-tieni domandi għandha tkun li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjoni tista’, jekk ikun meħtieġ, tkompli l-operat tagħha ta’ skrutinju, imħabbar matul il-perijodu ta’ skrutinju inkluż bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, lil hinn mill-imsemmi perijodu mingħajr madankollu ma tivvizzja l-proċedura b’irregolarità li l-operatur skrutinat jista’ jinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju.

    Fuq it-tielet domanda

    35. Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domandi, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda.

    Fuq l-ispejjeż

    36. Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

    Parti operattiva

    Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE, kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094//94, tat-12 ta’ Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjoni tista’, jekk ikun meħtieġ, tkompli l-operat tagħha ta’ skrutinju, imħabbar matul il-perijodu ta’ skrutinju inkluż bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, lil hinn mill-imsemmi perijodu mingħajr madankollu ma tivvizzja l-proċedura b’irregolarità li l-operatur skrutinat jista’ jinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju.

    Top

    SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)

    13 ta’ Ġunju 2013 ( *1 )

    “Agrikoltura — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija — Kunċett ta’ ‘perijodu ta’ skrutinju’ — Possibbiltà ta’ estensjoni, minn Stat Membru, tal-perijodu ta’ skrutinju fil-każ ta’ impossibbiltà materjali li jsir skrutinju matul it-terminu mogħti — Ħlas lura tal-għajnuna rċevuta — Sanzjonijiet”

    Fil-Kawża C-3/12,

    li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-2 ta’ Jannar 2012, fil-proċedura

    Syndicat OP 84

    vs

    Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor), li min-naħa tiegħu huwa l-aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (Oniflhor),

    IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),

    komposta minn L. Bay Larsen, President ta’ Awla, J. Malenovský, U. Lõhmus, M. Safjan (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,

    Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,

    Reġistratur: A. Calot Escobar,

    wara li rat il-proċedura bil-miktub,

    wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

    għall-Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), minn J.-C. Balat, avukat,

    għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u N. Rouam, bħala aġenti,

    għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar u B. Majczyna, bħala aġenti,

    għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Rossi u D. Bianchi, bħala aġenti,

    wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-14 ta’ Marzu 2013,

    tagħti l-preżenti

    Sentenza

    1

    It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(4) u (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 208), kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094//94, tat-12 ta’ Diċembru 1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 17, p. 24, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 4045/89”).

    2

    Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn l-organizzazzjoni agrikola Syndicat OP 84 u l-Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor), li min-naħa tiegħu huwa l-aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (Oniflhor), fir-rigward tal-legalità tal-irkupru ta’ għajnuna Komunitarja li tirriżulta mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”.

    Il-kuntest ġuridiku

    3

    L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal-21 ta’ April 1970, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 94, p. 1) jipprovdi:

    “L-Istati Membri għandhom, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex:

    Jiżguraw ruħhom dwar ir-realtà u r-reolarità tat-tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-[FAEGG],

    jipprevjenu u jipproċedu kontra l-irregolaritajiet,

    jirkupraw is-somom mitlufa bħala riżultat ta’ irregolaritajiet jew ta’ negliġenza.

    [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    4

    L-ewwel sar-raba’ u l-għaxar premessi tar-Regolament Nru 4045/89 jipprovdu:

    “skond Artikolu 8 tar-Regolament [...] Nru 729/70 [...], l-Istati Membri jieħdu l-mizuri neċessarji sabiex ikunu sodisfatti illi t-transazzjonijiet iffinanzjati mill-[FAEGG] ikunu attwalment attwati u esegwiti b’mod korrett, u jipprevjeni u jieħu ħsieb irregolaritajiet u sabiex jirkupra somom mitlufa bħala rizultat ta’ irregolaritajiet jew negliġenza;

    [...] dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskrutinju li huma aktar estensivi minn dawk li hemm fir-Regolament m’humiex affetwati minn dan ir-Regolament;

    [...] l-Istati Membri għandhom jkunu nkoraġġiti sabiex jinfurzaw l-iskrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi li qed jirċievu jew jagħmlu pagament li huma jkunu għamlu skond d-Direttiva [tal-Kunsill 77/435/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1977, dwar l-iskrutinju, mill-Istati Membri, tat-tranżazzjonijiet li jagħmlu parti mis-sistema ta’ finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, Taqsima ‘Garanzija’ (ĠU L 172, p. 17)];

    [...] l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-regoli li hemm fid-Diretiva [...] żvela l-bżonn li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva jiġu emendati fuq il-bażi ta’ l-esperjenza mirbuħa; billi in vista tan-natura tad-dispożizzjonijiet konċernati l-emendi għandhom ikunu nkulżi f’Regolament;

    [...]

    [...] filwaqt illi hija r-responsabilità ta’ l-Istati Membri fl-ewwel waqt li jaddotaw il-programmi ta’ skrutinju tagħhom, huwa neċessarju illi dwan il-programmi jkunu komunikati lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista tassumi l-irwol tagħha ta’ superviżjoni u koordinazzjoni u tassigura illi l-programmi jkunu addottati fuq il-bażi ta’ kriterji xierqa; billi l-iskrutinju jista’ għalhekk ikun konċentrat fuq setturi jew impriżi fejn ir-riskju ta’ frodi huwa għoli”.

    5

    L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 4045/89 jipprovdi:

    “Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament ‘dokumenti kummerċjali’ ifisser il-kotba kollha, reġistri, vouchers u dokumenti in sostenn, kontijiet u korrispondenza relatati ma’ l-attività kummerċjali ta’ l-impriża, kif ukoll informazzjoni kummerċjali, sakemm dawn id-dokumenti jkollhom x’jaqsmu direttament jew indirettament mat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu [subartikolu] 1”.

    6

    L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprovdi:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu skrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi u jieħdu in konsiderazzjoni t-transazzjonijiet li għandhom ikunu skrutinati. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla ta’ l-impriżi għall-iskrutinju tagħti l-aħjar assigurazzjoni possibbli ta’ l-effiċjenza tal-miżuri sabiex jipprevjenu u jsibu l-irregolaritajiet skond is-sistema ta’ finanzjament tas-Sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG. Inter alia, l-għażla għandha tieħu in konsiderazzjoni l-importanza finanzjarja ta’ l-impriżi f’dik is-sistema u fatturi oħra ta’ riskju.

    [...]

    4.   Il-perjodu ta’ skrutinju għandu idum mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

    L-iskrutinju għandu jkopri perjodu ta’ mill-inqas 12 il-xahar li jintemm waqt il-perjodu ta’ skrutinju ta’ qabel; jista’ jiġi estiż għal perjodi, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru, li jiġu qabel jew wara l-perjodu ta’ 12 il-xahar.

    [...]”

    7

    Skont l-Artikolu 4 tal-istess regolament:

    “L-impriżi għandhom iżommu d-dokumenti kummerċjali li jagħmlu riferenz għalihom Artikoli 1 (2) u 3 għal mill-anqas tlett snin, li jibdew mill-aħħar tas-sena meta ikunu saru.

    L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal ta’ kemm dawn id-dokumenti jistgħu jinżammu.”

    8

    L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 4045/89 jipprovdi:

    Il-persuni responsabbli għall-impriża, jew terzi persuni, għandhom jassiguraw li d-dokumenti kummerċjali kollha u l-informazzjoni addizzjonali jiġu provduti lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jew lill-persuni maħtura għal dak l-iskop. Dettalji maħżuna elettronikament għandhom ikunu provduti fuq medja xieraq li tappoġġa d-dettalji.”

    9

    L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament jipprovdi:

    “1.   L-Istati Membri għandom jassiguraw illi l-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jkollhom l-awtorità illi jaqbdu dokumenti kummerċjali, jew li jordnaw illi jinqabdu. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat b’rispett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u m’għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tar-regoli li jirregolaw proċeduri f’materji kriminali li jikkonċernaw il-qbid ta’ dokumenti.

    2.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw il-miżuri xierqa sabiex jippenalizzaw il-persuni naturali jew ġuridiċI li jonqsu milli jagħmlu l-obbligazzjonijiet tagħhom skond dan ir-Regolament.”

    10

    L-Artikolu 9(1) tal-istess regolament jipprovdi:

    “Qabel l-1 ta’ Jannar li jsegwi l-perjodu ta’ skrutinju l-Istati Membri għandom jibgħatu lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”

    11

    Il-punt 4(g) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1863/90, tad-29 ta’ Ġunju 1990, li jipprovdi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 4045/89 (ĠU L 170, p. 23), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2278/96, tat-28 ta’ Novembru 1996 (ĠU L 308, p. 30, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1863/90”), jipprovdi l-komunikazzjoni, fir-rapport annwali ppreżentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 4045/89, tar-“riżultati tal-iskrutinji, mwettqa taħt il-perijodu ta’ skrutinju li jippreċedi dak kopert minn dan ir-rapport, li r-riżultati tagħhom ma kinux disponibbli meta ġie kkomunikat ir-rapport li jikkonċerna dan il-perijodu”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

    12

    Is-Syndicat OP 84, li huwa organizzazzjoni agrikola li tiġbor fiha 48 produttur ta’ frott u ħaxix, implementa pjan operattiv li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Lulju 1997 sal-31 ta’ Diċembru 1998. F’dan is-sens huwa rċieva għajnuna Komunitarja mill-FAEGG, Taqsima ‘Garanzija’.

    13

    Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Mejju 2000, is-Syndicat OP 84 ġie informat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-applikazzjoni ta’ skrutinju fuq il-post skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 4045/89. Madankollu l-operazzjoni ta’ skrutinju setgħet tiżvolġi biss mit-22 ta’ Jannar 2001 sabiex intemmet fl-24 ta’ Jannar 2001.

    14

    Peress li dan l-iskrutinju ppermetta li jiġi kkonstatat li ċerti azzjonijiet li fir-rigward tagħhom is-Syndicat OP 84 ippretenda li jkollu dritt għall-għajnuna Komunitarja ma kinux eliġibbli minħabba n-natura purament individwali tagħhom u li l-metodi ta’ trasferiment ta’ fondi operattiv mill-Istati Membri tas-Syndicat OP 84 ma kinux konformi mal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 55), l-Oniflhor, permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Ottubru 2001, talbet lis-Syndicat OP 84 iħallas is-somom kollha irċevuti għas-snin 1997 u 1998 u, sussegwentement, ħarġet titolu eżekuttiv għas-somom li għandhom jiġu rkuprati.

    15

    Permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Novembru 2006, it-tribunal administratif de Marseille annulla t-titolu eżekuttiv maħruġ kontra s-Syndicat OP 84. Madankollu, permezz ta’ sentenza tat-8 ta’ Diċembru 2008, il-cour administrative d’appel de Marseille annullat din id-deċiżjoni u ċaħdet it-talbiet ippreżentati mis-Syndicat OP 84 quddiem it-tribunal administratif de Marseille. Għalhekk, is-Syndicat OP 84 ippreżenta appell ta’ kassazzjoni quddiem il-Conseil d’État.

    16

    Insostenn tal-appell tiegħu, is-Syndicat OP 84 invoka b’mod partikolari aggravju bbażat fuq l-iżball ta’ liġi li allegatament wettqet il-cour administrative d’appel de Marseille billi ddeċidiet li l-amministrazzjoni setgħet, mingħajr ma tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 4045/89, tibda skrutinju matul il-perijodu ta’ skrutinju inkluż bejn l-1 ta’ Lulju 1999 u t-30 ta’ Ġunju 2000, minħabba l-fatt li l-aġir tagħha kien għamilha impossibbli li jkun hemm skrutinju effettiv matul l-ewwel perijodu.

    17

    Billi qies li r-risposta għal dan il-motiv iqajjem kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 4045/89, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċedura quddiemu u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    “1)

    Il-‘perijodu ta’ skrutinju’ bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara msemmi fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament [Nru 4045/89], għandu jinftiehem bħala dak it-terminu li fih l-amministrazzjoni inkarigata mill-iskrutinju għandha tinforma lill-organizzazzjoni tal-produtturi dwar l-iskrutinju ppjanat, tibda u tikkonkludi t-tranżazzjonijiet ta’ skrutinju kollha fuq il-post u permezz tad-dokumenti u tikkomunika r-riżultati dwar l-iskrutinju, jew bħal dak it-terminu li fih xi wħud biss minn dawn l-atti ta’ proċedura għandhom jiġu effettwati?

    2)

    Fil-każ li l-imġiba jew in-nuqqasijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi jagħmluha impossibbli li jitwettaq b’mod effettiv skrutinju mibdi matul il-perijodu ta’ skrutinju, l-amministrazzjoni tista’, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet espressi f’dan is-sens [fl-imsemmi ]regolament [...], tkompli twettaq it-tranżazzjonijiet tagħha ta’ skrutinju fit-terminu tal-perijodu ta’ skrutinju li jkun imiss mingħajr ma tivvizzja l-proċedura b’xi rregolarità li mbagħad min ikun ġie skrutinat ikun jista’ jinvoka kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-konsegwenzi li jistgħu jinsiltu mir-riżultati ta’ dan il-kontroll [skrutinju]?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, l-amministrazzjoni tista’, meta l-imġiba jew in-nuqqasijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi jrendu impossibbli skrutinju effettiv, teżiġi l-ħlas lura tal-għajnuna mħallsa? Tali miżura tikkostitwixxi waħda mis-sanzjonijiet li jistgħu jiġu previsti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta[l-istess ]Regolament?”

    Fuq id-domandi preliminari

    Fuq l-ewwel u t-tieni domandi

    18

    Permezz tal-ewwel u t-tieni domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjoni tista’ twettaq operazzjoni ta’ skrutinju, imħabbra matul il-perijodu ta’ skrutinju inkluż bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, mingħajr ma l-proċedura tiġi vvizzjata b’irregolarità li l-operatur skrutinat ikun jista’ jinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet il-konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju.

    19

    Ċertament huwa minnu li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 li jipprovdi li “[i]l-perjodu ta’ skrutinju għandu idum mill-1 ta’ Lulju [ta’ sena partikolari] sat-30 ta’Ġunju tas-sena ta’ wara”, ma jipprovdix espliċitament il-possibbiltà li titkompla operazzjoni ta’ skrutinju, li tkun tħabbret lill-operatur matul il-perijodu indikat, lil hinn minn dan il-perijodu, sew jekk tali possibbiltà tkun motivata permezz ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-operatur sew jekk le.

    20

    Sabiex tiġi interpretata din id-dispożizzjoni, hemm għaldaqstant lok li jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem u l-istruttura tagħha, iżda wkoll il-kuntest tiegħu u l-għanijiet segwiti mir-Regolament Nru 4045/89 kollu kemm hu.

    21

    Fir-rigward tal-imsemmija għanijiet, minn interpretazzjoni magħquda tal-ewwel, it-tielet u r-raba’ premessi tar-Regolament Nru 4045/89 jirriżulta li dan għandu l-intenzjoni li jsaħħaħ l-effikaċja tal-iskrutinji f’idejn l-Istat Membri sabiex jipprevjenu u jeliminaw l-irregolaritajiet li jistgħu jeżistu fil-qasam tal-FAEGG (ara s-sentenza tat-13 ta’ Ġunju 2013, Unanimes et, C-671/11 sa C-676/11, ippubblikata fil-Ġabra preżenti, punt 17).

    22

    Sabiex jiggarantixxi r-realtà u l-effikaċja tal-iskrutinji nazzjonali u, għaldaqstant, ir-rekwiżit ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament Nru 4045/89 jissuġġetta l-imsemmija skrutinji nnifishom għas-superviżjoni u l-koordinazzjoni eżerċitati mill-Kummissjoni, bħal ma tindika l-għaxar premessa tiegħu. Huwa preċiżament l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament li huwa intiż jorganizza s-sistema uniformi ta’ skrutinju taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni. Permezz tas-subartikolu 4 tiegħu, dan l-artikolu jiżgura b’mod partikolari ċerta sistematiċità u ċerta perjodiċità ta’ skrutinju (ara s-sentenza Unanimes et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 18).

    23

    Peress li għalhekk l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 4045/89 huwa intiż sabiex jiġbor fih l-attività ta’ skrutinju tal-Istati Membri għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-kunċett ta’ perijodu ta’ skrutinju għandu jiġi interpretat fir-rigward tal-għan ta’ effikaċja tal-iskrutinji rikjesti minn dan l-artikolu.

    24

    Issa, l-osservanza tal-imsemmi għan jinvolvi li operazzjoni ta’ skrutinju tista’ sseħħ lil hinn mill-perijodu ta’ skrutinju hekk kif inhu spjegat fl-Artikolu 2(4) tal-imsemmi regolament meta kien materjalment impossibbli li titwettaq xi tip ta’ operazzjoni fit-terminu mogħti.

    25

    L-istess jista’ jseħħ ukoll meta ma jkunx l-operatur skrutinat li jkun għamilha impossibbli li jintemm l-iskrutinju fit-terminu mogħti.

    26

    Madankollu għandu jiġi speċifikat li fil-każ fejn huwa impossibbli li tintemm l-operazzjoni ta’ skrutinju u, għaldaqstant, li jiġu kkomunikati r-riżultati tagħha lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti sabiex isiru rispettivament din l-operazzjoni u din il-komunikazzjoni hija imputabbli għall-awtoritajiet ta’ skrutinju, l-Istat Membru kkonċernat ma jistax jinvoka, fir-rigward tal-Unjoni, l-għan ta’ effikaċja sabiex jiġġustifika n-nuqqas ta’ osservanza tal-perjodiċità tal-iskrutinji hekk kif previst fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89.

    27

    Qabel kollox, jidher li diġà kienet intiża l-possibbiltà li jiżvolġi operazzjoni ta’ skrutinju skont il-ħtieġa meta ġie adottat ir-Regolament Nru 1863/90. Hekk kif fakkret il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-punt 4(g) tal-Anness II tal-imsemmi regolament jippermetti li jiġu inklużi r-riżultati tal-iskrutinji magħmula skont il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti li ma kinux disponibbli meta ġie kkomunikat ir-rapport li jikkorrispondi għal dan il-perijodu. Peress li dan ir-rapport għandu, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 4045/89, jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar li jsegwi l-perijodu ta’ skrutinju, ir-Regolament Nru 1863/90 jirrikonoxxi, mill-inqas, il-possibbiltà li tiġi ffinalizzata l-operazzjoni ta’ skrutinju, mibdija waqt il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, wara li dan jintemm.

    28

    B’hekk, għandu jiġi osservat li, fir-rigward tal-operaturi skrutinati, ir-regolarità tal-iskrutinji magħmula ma tistax tiddependi fuq il-kwistjoni dwar kemm l-implementazzjoni tal-imsemmija skrutinji tikkorrispondi għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89.

    29

    Fil-fatt, l-imsemmija dispożizzjoni tieħu ħsieb tistabbilixxi regoli organizzattivi bil-għan li tiggarantixxi l-effikaċja tal-iskrutinji u tillimita ruħha, hekk kif jirriżulta mill-punt 22 ta’ din is-sentenza, sabiex tiggverna r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Unjoni għal finijiet ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ din tal-aħħar. Min-naħa l-oħra, din l-istess dispożizzjoni ma titrattax ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ta’ skrutinju u l-operaturi skrutinati.

    30

    B’hekk, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-operaturi inkwistjoni dritt li jippermettilhom jipprekludu skrutinji oħra jew usa’ minn dawk intiżi minn din id-dispożizzjoni. Fir-rigward tal-fatt li jkollu bħala konsegwenza eventwali li jipprekludi l-irkupru ta’ għajnuna rċevuta jew użata irregolarment, tali dritt barra minn hekk jipperikola l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (ara s-sentenza Unanimes et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).

    31

    Fi kwalunkwe każ, l-iskrutinji rikjesti mir-Regolament Nru 4045/89 jikkonċernaw operaturi li volontarjament aderew mas-sistema ta’ sostenn stabbilita mill-FAEGG, Taqsima “Garanzija”, u li, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna, aċċettaw l-implementazzjoni ta’ skrutinji sabiex tiġi vverifikata r-regolarità tal-użu tar-riżorsi tal-Unjoni. Dawn l-operaturi ma jistgħux validament iqiegħdu inkwistjoni r-regolarità ta’ tali skrutinju għas-sempliċi raġuni li dan ma jkunx segwa r-regoli organizzattivi li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (ara s-sentenza Unanimes et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30).

    32

    Xorta jibqa’ l-fatt li ċ-ċertezza legali tal-operaturi skrutinati fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu dawn l-iskrutinji u jiddeċiedu, jekk ikun il-każ, dwar it-tressiq ta’ azzjonijiet legali hija ggarantita bit-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet legali, iffissat fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340), inizjalment għal erba’ snin mit-twettiq tal-ksur ta’ dispożizzjoni ta’ dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew minn ommissjoni ta’ operatur ekonomiku li għandu jew jista’ jkollu bħala effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni. Issa, hekk kif diġà osservat il-Qorti tal-Ġustizzja, it-termini ta’ preskrizzjoni jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-funzjoni li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali (ara s-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Handlbauer, C-278/02, Ġabra p. I-6171, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    33

    Il-possibbiltà li l-benefiċjarju ta’ għajnuna mogħtija fil-kuntest tas-sistema ta’ sostenn stabbilita mill-FAEGG, Taqsima “Garanzija”, jkollu jsofri operaazzjoni ta’ skrutinju lil hinn mill-perijodu stabbilit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għaldaqstant ma tistax titqies li tippreġudika l-prinċipju ta’ ċertezza legali sakemm it-terminu ta’ preskrizzjoni ma jkunx għadu ddekorra.

    34

    Mill-punti preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta għall-ewwel u għat-tieni domandi għandha tkun li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjoni tista’, jekk ikun meħtieġ, tkompli l-operat tagħha ta’ skrutinju, imħabbar matul il-perijodu ta’ skrutinju inkluż bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, lil hinn mill-imsemmi perijodu mingħajr madankollu ma tivvizzja l-proċedura b’irregolarità li l-operatur skrutinat jista’ jinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju.

    Fuq it-tielet domanda

    35

    Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domandi, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda.

    Fuq l-ispejjeż

    36

    Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

     

    Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

     

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE, kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094//94, tat-12 ta’ Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjoni tista’, jekk ikun meħtieġ, tkompli l-operat tagħha ta’ skrutinju, imħabbar matul il-perijodu ta’ skrutinju inkluż bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u t-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, lil hinn mill-imsemmi perijodu mingħajr madankollu ma tivvizzja l-proċedura b’irregolarità li l-operatur skrutinat jista’ jinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju.

     

    Firem


    ( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.

    Top