Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0240

    Kawża C-240/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċizjoni preliminari tar-Rechtbank te Rotterdam. — il-Pajjiżi l-Baxxi) — proċeduri kriminali kontra EBS Le relais Nord Pas De Calais ( “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 129, 4.5.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/4


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċizjoni preliminari tar-Rechtbank te Rotterdam. — il-Pajjiżi l-Baxxi) — proċeduri kriminali kontra EBS Le relais Nord Pas De Calais

    (Kawża C-240/12) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà)

    2013/C 129/07

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank te Rotterdam

    Parti fil-proċeduri kriminali fil-klawża prinċipali

    EBS Le relais Nord Pas De Calais

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank te Rotterdam — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Artikoli 15 u 26(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93, tal-1 ta’ Frar 1993, dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2 p. 176) u tal-Artikolu 2(32) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, p. 1) — Kunċett ta’ tranżitu — Trasferiment ta’ skart bil-bastiment minn Stat Membru lejn Stat li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-OECD — Rmiġġ, matul il-vjaġġ, f’port fi Stat Membru ieħor

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank te Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 2012, hija manifestament inammissibbli.


    (1)  ĠU C 243, 11.08.2012.


    Top