Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0145

    Kawża C-145/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 15 ta’ Novembru 2012 — Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG, Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG (Appell — Għajnuna mill-Istat — Interess ġuridiku — Ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    ĠU C 108, 13.4.2013, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Novembru 2012 — Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG, Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG

    (Kawża C-145/12 P) (1)

    (Appell - Għajnuna mill-Istat - Interess ġuridiku - Ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2013/C 108/18

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH (rappreżentanti: M. Núñez Müller u J. Dammann de Chapto, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti), Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG, Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG (rappreżentant: C. von Donat, avukat)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tad-9 ta’ Jannar 2012, Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft vs Il-Kummissjoni (T-407/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti li għandu bħala suġġett, minn naħa, talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-29 ta’ Lulju 2009 li tiddikjara li ċerti kuntratti konklużi mir-rikorrenti dwar il-bejgħ ta’ djar fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ djar pubbliċi f’Neubrandenburger ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, talba intiża biex jiġi kkonstatat in-nuqqas tal-Kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 232 KE, sa fejn din tal-aħħar ma ħaditx pożizzjoni fuq l-imsemmija kuntratti abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8,Vol. 1, p. 339) — Ksur tar-raba paragrafu tal-Artikolu 263 u 265 TFUE, kif ukoll tad-dritt għal rimedju effettiv — Motivazzjoni insuffiċjenti tad-digriet tal-Qorti Ġenerali

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell.

    (2)

    Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH, il-Kummissjoni Ewropea, Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG u Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta ma’ dan l-appell.


    (1)  GU C 138, 12.05.2012


    Top