Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0309

    Kawża C-309/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 28 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Norte — il-Portugall) — Maria Albertina Gomes Viana Novo et vs Fundo de Garantia Salarial, IP (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 80/987/KEE — Direttiva 2002/74/KE — Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Istituzzjonijiet ta’ garanzija — Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija — Pretensjonijiet salarjali li saru eżiġibbli iktar minn sitt xhur qabel it-tressiq ta’ kawża intiża sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega)

    ĠU C 45, 15.2.2014, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Norte — il-Portugall) — Maria Albertina Gomes Viana Novo et vs Fundo de Garantia Salarial, IP

    (Kawża C-309/12) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 80/987/KEE - Direttiva 2002/74/KE - Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Istituzzjonijiet ta’ garanzija - Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija - Pretensjonijiet salarjali li saru eżiġibbli iktar minn sitt xhur qabel it-tressiq ta’ kawża intiża sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega)

    2014/C 45/18

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Central Administrativo Norte

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Maria Albertina Gomes Viana Novo, Ezequiel Martins Dias, Gabriel Inácio da Silva Fontes, Marcelino Jorge dos Santos Simões, Manuel Dourado Eusébio, Alberto Martins Mineiro, Armindo Gomes de Faria, José Fontes Cambas, Alberto Martins do Alto, José Manuel Silva Correia, Marilde Marisa Moreira Marques Moita, José Rodrigues Salgado Almeida, Carlos Manuel Sousa Oliveira, Manuel da Costa Moreira, Paulo da Costa Moreira, José Manuel Serra da Fonseca, Ademar Daniel Lourenço Dias, Ana Mafalda Azevedo Martins Ferreira

    Konvenut: Fundo de Garantia Salarial, IP

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Central Administrativo do Norte — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217) — Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-imsemmi obbligu ta’ ħlas għall-krediti li saru eżiġibbli matul is-sitt xhur ta’ qabel ma titressaq kawża intiża sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega — Applikazzjoni ta’ din il-limitazzjoni fil-każ tal-preżentata ta’ rikors quddiem it-tribunali industrijali intiż sabiex jiġi ffissat il-valur tal-krediti mhux imħallsa matul is-sitt xhur ta’ wara d-data ta’ meta l-krediti jsiru eżiġibbli.

    Dispożittiv

    Id-Direttiva tal-Kunsill [80/987/KEE], tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tiggarantixxix il-pretensjonijiet salarjali li saru eżiġibbli iktar minn sitt xhur qabel il-preżentata ta’ rikors intiż sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega, għalkemm il-ħaddiema bdew, qabel il-bidu ta’ dan il-perijodu, proċeduri ġudizzjarji kontra l-persuna li timpjegahom bil-għan li jiġi stabbilit l-ammont ta’ dawn il-pretensjonijiet u għall-irkupru forzat tagħhom.


    (1)  ĠU C 287, 22.09.2012


    Top