Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0040

    Kawża C-40/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 26 ta’ Novembru 2013 — Gascogne Sack Deutschland GmbH, li kienet Sachsa Verpackung GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-boroż tal-plastik industrijali — Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

    ĠU C 39, 8.2.2014, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2013 — Gascogne Sack Deutschland GmbH, li kienet Sachsa Verpackung GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-40/12 P) (1)

    (Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż tal-plastik industrijali - Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

    2014/C 39/02

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Gascogne Sack Deutschland GmbH, li kienet Sachsa Verpackung GmbH (rappreżentanti: F. Puel u L. François-Martin, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Novembru 2011, Sachsa Verpackung vs Il-Kummissjoni (T-79/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 final, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), dwar akkordju fis-suq tal-boroż tal-plastik industrijali, u talba għal bidla tal-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Gascogne Sack Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.


    (1)  ĠU C 89, 24.03.2012.


    Top