Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TO0471

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Novembru 2011.
    Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni ta' impriżi - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta' ċessjonijiet mill-ġdid tal-assi - Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni ġdida tal-istess akkwirent - Nuqqas ta' urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi.
    Kawża T-471/11 R.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:695





    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2011 – Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-471/11 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Konċentrazzjoni ta’ impriżi – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ trasferimenti lura tal-assi – Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-akkwirent tal-assi ttrasferiti lura – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni ġdida tal-istess akkwirent – Nuqqas ta’ urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

    1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 30, 31)

    2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Bidla b’mod irreparabbli tal-partijiet tas-suq - Inklużjoni - Kundizzjonijiet - Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tal-impriża u tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tagħha (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 34, 35, 67-70)

    3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Danni morali - Preġudizzju għar-reputazzjoni ta’ impriża minħabba l-assenza ta’ għażla tal-offerta tagħha - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-għażla magħmula - Assenza ta’ rabta diretta bejn din id-deċiżjoni u l-allegat dannu - Assenza ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 42-49)

    4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu ta’ natura purament ipotetika - Esklużjoni (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 59)

    5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Telf ta’ opportunità, minn impriża, minħabba l-assenza ta’ għażla tal-offerta tagħha - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-għażla magħmula - Deċiżjoni li setgħet ikkontribbwixxiet sabiex tirrinforza dan it-telf ta’ opportunità - Dannu suġġett għal kumpens sħiħ fil-kuntest ta’ rikors fil-kawża prinċipali jew ta’ rikors għad-danni - Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 60-66)

    6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ħsara allegata għall-viżibbiltà u għall-prestiġju tal-impriża rikorrenti - Sitwazzjoni li ma tistax tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Sospensjoni li jista’ jkollha effett gravi fuq id-drittijiet u l-interessi ta’ terz - Kundizzjoni mhux sodisfatta (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 74-78)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 3503, tat-13 ta’ Mejju 2011, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement SA bħala akkwirent tal-assi ttrasferiti lura skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Każ COMP/M.2978 - Lagardère/Natexis/VUP)

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top