This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TO0381
Order of the President of the General Court of 15 September 2011. # Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL v European Commission. # Interim relief - Environment - Allocation of greenhouse gas emission allowances free of charge in accordance with Directive 2003/87/EC - Setting of the product benchmarks the subject of the Commission’s decision - Application for interim measures - Admissibility - Urgency. # Case T-381/11 R.
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2011.
Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE - Iffissar tal-livelli ta’ gradazzjoni ta’ prodott ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Urġenza.
Kawża T-381/11 R.
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2011.
Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE - Iffissar tal-livelli ta’ gradazzjoni ta’ prodott ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Ammissibbiltà - Urġenza.
Kawża T-381/11 R.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:483
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 – Eurofer vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-381/11 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Ambjent – Allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE – Iffissar tal-livelli ta’ gradazzjoni ta’ prodott ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Talba għal miżuri provviżorji – Ammissibbiltà – Urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess tar-rikorrent li jikseb is-sospensjoni mitluba - Sospensjoni li l-konsegwenza tagħha hija li tqiegħed lir-rikorrent f’sitwazzjoni inqas favorevoli - Talba intiża sabiex jinkisbu miżuri li jmorru lil hinn mill-kuntest tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(1) u (2)) (ara l-punti 14, 16, 17)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ rikors għad-danni - Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23-28)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1). |
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |