EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TO0243

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla) tad-9 ta' Novembru 2011.
Glaxo Group Ltd vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Rappreżentanza tar-rikorrenti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz - Inammissibbiltà.
Kawża T-243/11.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:649





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Novembru 2011 – Glaxo Group vs UASI – Farmodiética (ADVANCE)

(Kawza T‑243/11)

“Trade mark Komunitarja – Rappreżentanza tar-rikorrenti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz – Inammissibbiltà”

Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-firmatarju - Kwalità ta’ terz fir-rigward tal-partijiet - Rikors iffirmat minn avukat intern ta’ kumpannija li tifforma parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji bħar-rikorrenti - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 19 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(1)) (ara l-punti 13, 15, 18, 19)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta Frar 2011 (Każ R 665/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Farmodiética – Cosmética, Dietética e Produtos Farmacêuticos, L da u Glaxo Group Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Glaxo Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top