Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0656

Kawża T-656/11: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Diċembru 2011 — Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill

ĠU C 58, 25.2.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/14


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill

(Kawża T-656/11)

2012/C 58/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morison Menon Chartered Accountants (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda); Morison Menon Chartered Accountants — Dubai Office (Dubai); u Morison Menon Chartered Accountants — Sharjah Office (Sharjah, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: H. Viaene, T. Ruys u D. Gillet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1245/2011 tal-Kunsill, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1) (ĠU L 319, p. 11) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2) (ĠU L 319, p. 71), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għal ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti kif ukoll tal-ispejjeż tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kunsill, kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, b’mod partikolari d-dritt għal smigħ u għal rimedju ġudizzjarju effettiv;

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq

żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill;

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq

ksur tad-dritt ta’ proprjetà.


(1)  ĠU L319, 2.12.2011, p 11

(2)  ĠU L319, 2.12.2011, p. 71


Top