EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0470

Kawża T-470/11: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Settembru 2011 — Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

ĠU C 319, 29.10.2011, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/23


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2011 — Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-470/11)

2011/C 319/50

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza) u Elf Aquitaine SA (Courbevoie) (rappreżentanti: A. Noël-Baron u É. Morgan de Rivery, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment, tiddikjara n-nullità tal-ittri tal-Kummissjoni BUDG/DGA/C4/BM/s746396, tal-24 ta’ Ġunju 2011, u BUDG/DGA/C4/BM/s812886, tat-8 ta’ Lulju 2011 fl-intier tagħhom;

sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tas-somma mitluba lir-rikorrenti fl-ittra tal-Kummissjoni BUDG/DGA/C4/BM/s812886, tat-8 ta’ Lulju 2011, jew mill-inqas tannulla l-interessi moratorji li jammontaw għal EUR 31 312 114,58 imposti fuq Elf Aquitaine, li għalihom Total hija responsabbli in solidum għall-ammont ta’ EUR 19 191 296,03;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u kisret l-obbligi tagħha billi ma siltitx, fil-konfront tagħhom, il-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-7 ta’ Ġunju 2011, mogħtija fil-kawża T-217/06, Arkema France et vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha tnaqqset il-multa imposta fuq is-sussidjarji tar-rikorrenti fil-kuntest tal-każ COMP/F/38.64 — Metakrilati. Ir-rikorrenti jsostnu fost oħrajn li:

fil-kapaċità tagħhom bħala kumpanniji parent miżmuma responsabbli għall-akkordju f’din il-kwalità, huma għandhom jibbenefikaw ukoll mit-tnaqqis tal-multa imposta fuq is-sussidjarji tagħhom u dan minkejja li r-rikors tagħhom ippreżentat kontra l-istess deċiżjoni ġiet miċħuda mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-7 ta’ Ġunju 2011, mogħtija fil-kawża T-206/06, Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni;

permezz tal-ħlas imwettaq minn Arkema SA tal-multa kollha imposta fuq ir-rikorrenti u s-sussidjarji permezz tad-deċiżjoni fil-każ COMP/F/38.645, id-drittijiet kollha tal-Kummissjoni kienu sodisfatti u ma tista’ titlob xejn iktar lir-rikorrenti.


Top