This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0459
Case T-459/11: Action brought on 29 July 2009 — Barloworld v Commission
Kawża T-459/11: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Lulju 2009 — Barloworld vs Il-Kummissjoni
Kawża T-459/11: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Lulju 2009 — Barloworld vs Il-Kummissjoni
ĠU C 305, 15.10.2011, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/7 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2009 — Barloworld vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-459/11)
2011/C 305/09
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Barloworld International, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. Alcaraz Gutierrez u A. J. de la Cruz Martínez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (“TRILS”) (it-test konsolidat tal-Att dwar it-Taxxa tal-Kumpanniji Spanjol) jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat irregolata mill-Artikolu 107(1) TFUE u hija nieqsa mill-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE; |
— |
sussidjarjament, skont il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, tannulla l-Artikolu 1(2) u (3) tad-deċiżjoni li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, sa fejn ma tippermettix li t-tranżazzjonijiet effettwati bejn id-data ta’ meta ġiet ippubblikata d-deċiżjoni tal-ftugħ tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni (il-21 ta’ Diċembru 2007) u d-data ta’ meta ġiet ippubblikata d-deċiżjoni kkontestata (il-21 ta’ Mejju 2011), ikomplu japplikaw it-tnaqqis fiskali taħt l-Artikolu 12(5) TRLIS matul il-perijodu kollu ta’ amortizzazzjoni; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(4) u (5) tad-deċiżjoni li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, sa fejn il-fatt li tiġi stabbilita skema abbażi tal-allegata ineżistenza ta’ ostakoli legali għal kummerċ transkonfinali huwa nieqes minn motivazzjoni, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn l-Artikolu 12(5) TRLIS ma jissodisfax ir-rekwiżiti sabiex jiġi kkunsidrat għajnuna mill-Istat.
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas totali ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontesta.
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-kompatibbiltà tal-miżura mal-Artikolu 107(3) TFUE.
|
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, peress li l-iskema tranżitorja li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju għandha tiġi applikata sad-data ta’ meta ġiet ippubblikata d-deċiżjoni fil-ĠUUE, jiġifieri l-21 ta’ Mejju 2011.
|