This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0228
Case T-228/11 P: Appeal on 26 April 2011 by Florence Barbin against the judgment of 15 February 2011 by the Civil Service Tribunal in Case F-68/09 Barbin v Parliament
Kawża T-228/11 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Apríl 2011 minn Florence Barbin mis-sentenza mogħtija fil- 15 ta’ Frar 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-68/09, Barbin vs Il-Parlament
Kawża T-228/11 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Apríl 2011 minn Florence Barbin mis-sentenza mogħtija fil- 15 ta’ Frar 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-68/09, Barbin vs Il-Parlament
ĠU C 211, 16.7.2011, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/26 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Apríl 2011 minn Florence Barbin mis-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Frar 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-68/09, Barbin vs Il-Parlament
(Kawża T-228/11 P)
2011/C 211/56
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, D. Abreu Caldas, avukati)
Appellat: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
L-appellanti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara u tiddeċiedi,
|
— |
tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda, |
— |
tiddikjara u tiddeċiedi,
|
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Frar 2011, mogħtija fil-Kawża F-68/09, Barbin vs Il-Parlament, li permezz tagħha t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad ir-rikors tagħha li kellu bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-10 ta’ Novembru 2008, li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AD12 fil-proċedura ta’ promozzjoni tal-2006.
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji bbażati fuq:
— |
żball ta’ liġi, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra b’mod żbaljat li l-Parlament ma wettaqx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċieda, minn naħa, li dan tal-aħħar ma kienx marbut josserva r-regoli interni dwar l-evalwazzjoni u dwar il-promozzjoni u, min-naħa l-oħra, li dan seta’ legalment jippromwovi uffiċjali li għandhom inqas punti ta’ mertu mir-rikorrenti fuq il-bażi ta’ raġunijiet li jmorru kontra s-sistema ta’ paragun tal-merti rispettivi tal-uffiċjali intitolati għal promozzjoni kif stabbilit bid-deċiżjonijiet tal-uffiċċju u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew; |
— |
ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali kif ukoll tal-obbligu tal-Parlament li jagħti prova tan-nuqqas ta’ kull diskriminazzjoni mġarrba mir-rikorrenti minħabba l-eżerċizzju tad-dritt tagħha għal leave parentali. |