Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0178

    Kawża T-178/11: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Marzu 2011 — Voss of Norway vs UASI — Nordic Spirit ( “Flixkun” Tridimensjonali)

    ĠU C 145, 14.5.2011, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/36


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2011 — Voss of Norway vs UASI — Nordic Spirit (“Flixkun” Tridimensjonali)

    (Kawża T-178/11)

    2011/C 145/61

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Voss of Norway ASA (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u B. La Tella, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nordic Spirit AB (pubI) (Stokkolma, l-Isvezja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Jannar 2011 fil-Każ R 785/2010-1; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta “flixkun”, għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3156163

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qeda titlob dikjarazzoni ta’ invalidità bbażat l-applikażżjoni tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u li l-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja aġixxa in mala fede meta ppreżenta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità rrifjutata

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 75, 99 u 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, kif ukoll ksur tar-Regola 37(b)(iv) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell żbalja (i) fil-motivazzjoni tiegħu billi bbażaha fuq rekwiżit ġdid għall-istabbiliment ta’ validità ta’ trade marks tridimensjonali, li fuqha r-rikorrenti ma kellhiex l-opportunità tippreżenta l-kummenti tagħha; (ii) billi ċċaqlaq l-oneru tal-prova bi ksur tal-prinċipji tas-smigħ xieraq; (iii) billi interpreta ħażin u applika b’mod żbaljat l-Artikolu 7(1)(b) tar-RTMK; u (iv) billi għawweġ il-fatti b’mod serju sabiex jasal għal konklużjoni żbaljata.


    Top