Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TJ0316

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tas-16 ta' Settembru 2011.
    Mathieu Kadio Morokro vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
    Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni.
    Kawża T-316/11.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:484





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2011 – Kadio Morokro vs Il-Kunsill

    (Kawża T‑316/11)

    “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni”

    1.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Regolament li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire u deċiżjoni li ġġedded dawn il-miżuri - Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 330/2011, Anness I A; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/221, Anness II) (ara l-punti 20-26, 29, 30, 32)

    2.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Regolament li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire u deċiżjoni li ġġedded dawn il-miżuri - Regolarizzazzjoni ta’ motivazzjoni insuffiċjenti matul il-proċedura kontenzjuża - Kundizzjonijiet - Ċirkustanzi eċċezzjonali (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 330/2011, Anness I A; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/221, Anness II) (ara l-punti 34, 35)

    3.                     Rikors għal annullament - Sentenza ta’ annullament - Effetti - Annullament parzjali ta’ regolament li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire u ta’ deċiżjoni li ġġedded dawn il-miżuri - Dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ annullament tar-regolament sa mill-iskadenza tat-terminu għal appell jew taċ-ċaħda tiegħu - Applikazzjoni ta’ dan it-terminu għad-dħul fis-seħħ tal-annullament tad-deċiżjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE u 280 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 60, Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 330/2011; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/221)(ara l-punti 38, 39)

    Suġġett

    Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 20), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 10), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Mathieu Kadio Morokro.

    2)

    L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/221 huma miżmuma f’dak li jikkonċernaw lil M. Kadio Morokro sakemm l-annullament tar-Regolament Nru 330/2011 jidħol fis-seħħ.

    3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għall-ispejjeż sostnuti minn M. Kadio Morokro.

    Top