Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0369

Kawża T-369/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2012 — Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni et ( “Rikors għad-danni — Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni — Stat terz — Kuntratt pubbliku nazzjonali — Ġestjoni deċentralizzata — Inammissibbiltà — Inkompetenza” )

ĠU C 343, 10.11.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2012 — Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T-369/11) (1)

(Rikors għad-danni - Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni - Stat terz - Kuntratt pubbliku nazzjonali - Ġestjoni deċentralizzata - Inammissibbiltà - Inkompetenza)

2012/C 343/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon AE (Chalandri, il-Greċja) (rappreżentant: A. Krystallidis, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u P. van Nuffel, aġenti); Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija (Ankara, it-Turkija); u Central Finance & Contracts Unit (CFCU) (Ankara, it-Turkija)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta mid-deċiżjoni tas-CFCU tal-5 ta’ April 2011 u minn kull deċiżjoni sussegwenti li tannulla l-għoti tal-kuntratt “Tkabbir tan-network Tork-Ewropew ta’ Ċentri ta’ Negozji f’Sivas, f’Antakya, f’Batman u f’Van — EuropeAid/128621/D/SER/TR” lill-konsorzju Diadikasia business Consultants SA (GR) — Wyg International Ltd (UK) — Deleeuw International Ltd (TR) — Cyberpark (TR), minħabba dikjarazzjonijiet allegatament foloz.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


Top