Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0341

    Kawża T-341/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 23 ta’ Marzu 2012 — Ecologistas en Acción vs Il-Kummissjoni ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Interess ġuridiku — Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 151, 26.5.2012, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/29


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2012 — Ecologistas en Acción vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-341/11) (1)

    (Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2012/C 151/48

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Ecologistas en Acción-CODA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Doreste Hernández, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral u P. Costa de Oliveira, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez, abogado del Estado, assistit minn J.M. Rodriguez Cârcamo, avukat, sussegwentement S. Centeno Huerta, abogado del Estado)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-proġett tal-bini ta’ port fi Granadilla (Tenerife, Spanja), trażmessi mill-awtoritajiet Spanjoli lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk ta’ Ecologistas en Accion-CODA.

    (3)

    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


    Top