Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0193

    Kawża T-193/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 23 ta’ Settembru 2011 — Ahoua-N’Guetta et vs Il-Kunsill ( Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni tal-Côte d’Ivoire — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tar-rikorrent — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/23


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2011 — Ahoua-N’Guetta et vs Il-Kunsill

    (Kawża T-193/11) (1)

    (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni tal-Côte d’Ivoire - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2011/C 340/49

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Timothée Ahoua-N’Guetta (Abidjan, il-Côte d’Ivoire), Jacques André Monoko Daligou (Abidjan), Bruno Walé Ekpo (Abidjan), Félix Tano Kouakou (Abidjan), Hortense Sess (Abidjan); u Joséphine Suzanne Ebah (Abidjan) (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Chavrier, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annnullament, minn-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    (2)

    Timothée Ahoua-N’Guetta, Jacques André Monoko Daligou, Bruno Walé Ekpo, Félix Tano Kouakou, u Hortense Sess u Joséphine Suzanne Ebah huma kkundannati għall-ispejjeż.

    (3)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire.


    (1)  ĠU C 152, 21.05.2011.


    Top