Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0456

    Kawża T-456/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Novembru 2013 — ICdA et vs Il-Kummissjoni ( “REACH — Miżuri tranżitorji li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet applikabbli għall-manifattura, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-kadmju u l-komponenti tiegħu — Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 — Restrizzjonijiet għall-użu tal-pigmenti tal-kadmju f’materjali tal-plastik — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Analiżi tar-riskji” )

    ĠU C 377, 21.12.2013, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 377/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2013 — ICdA et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-456/11) (1)

    (REACH - Miżuri tranżitorji li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet applikabbli għall-manifattura, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-kadmju u l-komponenti tiegħu - Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Restrizzjonijiet għall-użu tal-pigmenti tal-kadmju f’materjali tal-plastik - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Analiżi tar-riskji)

    2013/C 377/28

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: International Cadmium Association (ICdA) (Brussell, il-Belġju); Rockwood Pigments (UK) Ltd (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit); u James M Brown Ltd (Stoke-on-Trent) (rappreżentanti: inizjalment K. Van Maldegem u R. Cana, avukati, sussegwentement R. Cana)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, barrister, sussegwentement P. Oliver u E. Manhaeve)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/2011, tal-20 ta’ Mejju 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju) (ĠU L 134, p. 2), sa fejn jirrestrinġi l-użu tal-pigmenti tal-kadmju f’materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 494/2011.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/2011, tal-20 ta’ Mejju 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju), huwa annullat sa fejn jirrestrinġi l-użu tal-oranġjo tas-sulfoselenid tal-kadmju (Nru CAS 1256-57-4), tal-aħmar tas-sulfoselenid tal-kadmju (Nru CAS 58339-34-7) u tas-sulfid taż-żingu tal-kadmju (Nru CAS 8048-07-5) fit-taħlitiet u fl-oġġetti prodotti minn polimeri organiċi sintetiċi minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 494/2011.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha u 90 % tal-ispejjeż sostnuti minn International Cadmium Association (ICdA), Rockwood Pigments (UK) Ltd u James M Brown Ltd.

    (4)

    L-ICdA, Rockwood Pigments (UK) u James M Brown għandhom ibatu 10 % tal-ispejjeż tagħhom u 10 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 298, 08.10.2011.


    Top