Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0072

    Kawża F-72/11: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Lulju 2011 — ZZ et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 290, 1.10.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 290/20


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 — ZZ et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-72/11)

    2011/C 290/28

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ iffissar tal-limiti ta’ promozzjoni għall-proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 għall-gradi AD13 u AD14 u, min-naħa l-oħra, l-annullament tal-lista ta’ uffiċjali promossi għall-gradi AD13 u AD14 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tippromwovi numru ikbar ta’ uffiċjali oħra għall-gradi AD12 jew AD13.

    Talbiet tar-rikorrenti

    Tannulla d-deċiżjonijiet ta’ iffissar tal-limiti ta’ promozzjoni għall-proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 għall-gradi AD13 u AD14, deċiżjonijiet ippubblikati fl-informazzjoni amministrattiva Nru 3-2010, 65-2010 u 76-2010;

    tannulla l-lista ta’ uffiċjali promossi għall-gradi AD13 u AD14 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2010 ippubblikata fl-informazzjoni amministrattiva Nru 65-2010 sa fejn din il-lista ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-limiti ta’ promozzjoni illegali u tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tippromwovi numru ikbar ta’ uffiċjali oħra għall-gradi AD12 jew AD13;

    jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilment tar-rikorrenti;

    tikkundanna lil Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    Top