This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011FN0023
Case F-23/11: Action brought on 3 March 2011 — ZZ v Council
Kawża F-23/11: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs Il-Kunsill
Kawża F-23/11: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs Il-Kunsill
ĠU C 226, 30.7.2011, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/31 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-23/11)
2011/C 226/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-uffiċċjali promossi għall-grad ta’ AST 9 bis-saħħa tal-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u l-kumpens tad-dannu morali subit.
Talbiet tar-rikorrent
— |
Jannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill, ippubblikata fil-21 ta’ Mejju 2010 permezz tal-Komunikazzjoni lill-persunal Nru 82/10, li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali promossi mill-grad ta’ AST 8 għall-grad ta’ AST 9 bis-saħħa tal-proċedura ta’ promozzjoni 2010; |
— |
bħala konsegwenza ta’ dan l-annullament, iwettaq eżami ġdid komparattiv tal-merti tar-rikorrent u ta’ dawk tal-kandidati l-oħra bis-saħħa tal-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u jippromwovi lir-rikorrent b’żieda fil-grad ta’ AST 9 b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2010 bil-ħlas tal-interessi fuq l-arretrati tar-remunerazzjoni bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, mill-1 ta’ Jannar 2010, miżjuda b’żewġ punti, mingħajr madankollu ma tiġi kkontestata l-promozzjoni tal-uffiċċjali l-oħra promossi; |
— |
sussidjarjament, jekk it-Tribunal jiddeċiedi li l-promozzjoni tar-rikorrent fil-grad ta’ AST 9 ma tistax issir b’żieda retroattivament, jannulla mhux biss id-deċiżjoni li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali promossi mill-grad ta’ AST 8 għall-grad ta’ AST 9 bis-saħħa tal-proċedura ta’ promozzjoni 2010 iżda jannulla wkoll d-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni li wasslu sabiex tiġi stabbilita l-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad ta’ AST 9, ippubblikata fil-21 ta’ Mejju 2010; |
— |
iktar sussidjarjament, jekk it-Tribunal jiddeċiedi li l-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni mitlub sussidjarjament, jikkostitwixxi sanzjoni eċċessiva tal-illegalità kkonstatata, jikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas ta’ kumpens li jkopri d-dannu għall-karriera li jirriżulta mid-dewmien tal-promozzjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u d-data li fiha tingħata l-promozzjoni; |
— |
jikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 500 bħala kumpens għad-dannu morali subit minħabba n-nuqqas ta’ promozzjoni fl-1 ta’ Jannar 2010, mingħajr preġudizzju għal żieda matul il-proċedura |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |