Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CO0411

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-15 ta' Diċembru 2011.
    Zdeněk Altner vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell - Rikors għal annullament - Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Dritt għal qorti imparzjali.
    Kawża C-411/11 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:852





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 – Altner vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C‑411/11 P)

    “Appell – Rikors għal annullament – Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Inammissibbiltà manifesta – Dritt għal qorti imparzjali”

    1.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Esklużjoni (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 8)

    2.                     Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Drittijiet fundamentali - Rispett iggarantit mill-Qorti tal-Ġustizzja - Teħid inkunsiderazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem - Dritt għal smigħ xieraq - Portata (Artikolu 6(3) TUE) (ara l-punti 13-15)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2011 - Altner vs Il‑Kummissjoni (T‑190/11), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors tal-appellant intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Novembru 2010, li tarkivja l-ilment tal-appellant intiż sabiex jiġi kkonstatat il-ksur tad-dritt tal-Unjoni mil-leġiżlazzjoni Ċeka dwar il-protezzjoni ġudizzjarja tad-dritt tal-vot u, min-naħa l-oħra, għall-preżentata ta’ rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tar-rifjut ta’ azzjoni li jirriżulta minn din id-deċiżjoni - Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq marbut man-nuqqas ta’ imparzjalità tal-President tal-kulleġġ ġudikanti.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Z. Altner għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

    Top