EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CO0389

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012.
Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell — Għajnuna mill-Istat — Kostruzzjoni ta’ materjal ferrovjarju — Deċiżjonijiet li jiddikjaraw għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tagħha.
Kawża C‑389/11 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:408





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 — Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-389/11 P)

“Appell — Għajnuna mill-Istat — Kostruzzjoni ta’ materjal ferrovjarju — Deċiżjonijiet li jiddikjaraw għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li jordnaw l-irkupru tagħha”

Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta1-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ))(ara l-punti 25, 26)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-12 ta’ Mejju 2011, Région Nord-Pas-de-Calais vs Il-Kummissjoni u Communauté d’agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni (fil-Kawżi magħquda T-267/08 u T-279/08), li tiċħad ir-rikorsi li kellhom bħala suġġett, inizjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 1089 finali, tat-2 ta’ April 2008, u sussegwentement talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4112 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat C 38/2007 (ex NN 45/2007) implementata minn Franza favur Arbel Fauvet Rail Sa — Kostruzzjoni ta’ materjal ferrovjarju — Irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ kontradittorju

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Région Nord-Pas-de-Calais huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top