Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CO0144

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-8 ta' Settembru 2011.
    Proċedura kriminali kontra Asad Abdallah.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Giudice di pace di Mestre - l-Italja.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta' deskrizzjoni tal-kuntest fattwali tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà manifesta.
    Kawża C-144/11.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:565





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 – Proċeduri kriminali kontra Abdallah

    (Kawża C‑144/11)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kuntest fattwali tal-kawża prinċipali – Inammissibbiltà manifesta”

    Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 12, 13 u d-dispożittiv)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari - Giudice di pace di Mestre - Applikabbiltà diretta tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal multa ta’ bejn EUR 5.000 u EUR 10.000 għal barrani li jkun daħal illegalment fit-territorju nazzjonali jew li mar jgħix hemm illegalment kif ukoll il-possibbiltà għall-qorti li tissostitwixxi l-imsemmija multa bl-espulsjoni għal perijodu ta’ inqas minn ħames snin, f’każ ta’ kundanna kriminali.

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Giudice di pace di Mestre (l-Italja) permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2011, hija manifestament inammissibbli.

    Top