Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0522

    Kawża C-522/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Guidice di Pace di Lecce (l-Italja) fit- 13 ta’ Ottubru 2011 — Proċeduri kriminali kontra Abdoiul Khadre Mbaye

    ĠU C 370, 17.12.2011, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 370/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Guidice di Pace di Lecce (l-Italja) fit-13 ta’ Ottubru 2011 — Proċeduri kriminali kontra Abdoiul Khadre Mbaye

    (Kawża C-522/11)

    2011/C 370/29

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Guidice di Pace di Lecce

    Parti fil-kawża prinċipali

    Abdoul Khadre Mbaye

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludi l-possibbiltà li tiġi applikata din id-direttiva anki meta d-dispożizzjoni ta dritt nazzjonali (l-Artikolu 10a tat-test uniku 286.98) tissanzjona d-dħul jew is-soġġorn illegali bil-miżura ta’ espulsjoni bħala sostituzzjoni għall-piena?

    (2)

    Id-direttiva Komunitarja fuq ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi tipprekludi l-possibbiltà li tiġi ssanzjonata kriminalment is-sempliċi presenza tal-barrani fuq it-territorju nazzjonali, irrispettivament mit-tlestija tal-proċedura amministrattiva ta’ ritorn prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u fl-istess direttiva?


    (1)  ĠU L 348, p. 98.


    Top