EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0258
Case C-258/11: Reference for a preliminary ruling from Supreme Court (Ireland) made on 26 May 2011 — Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government v An Bord Pleanala
Kawża C-258/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis- 26 ta’ Mejju 2011 — Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government vs An Bord Pleanala
Kawża C-258/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis- 26 ta’ Mejju 2011 — Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government vs An Bord Pleanala
ĠU C 226, 30.7.2011, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-26 ta’ Mejju 2011 — Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government vs An Bord Pleanala
(Kawża C-258/11)
2011/C 226/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government
Konvenut: An Bord Pleanala
Domandi preliminari
(1) |
Liema huma l-kriterji legali li għandhom jiġu applikati minn awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà li pjan jew proġett, imsemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitat (1), ikollhom “effett ħażin fuq l-integrità tas-sit”? |
(2) |
L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni twassal sabiex tali pjan jew proġett ma jkunux jistgħu jiġu awtorizzati jekk jirriżultaw fit-telf permanenti u mhux sostenibbli tal-habitat inkwistjoni kollu jew ta’ parti minnu? |
(3) |
X’inhi r-relazzjoni, jekk hemm, bejn l-Artikolu 6(4) u t-teħid tad-deċiżjoni taħt l-Artikolu 6(3) li l-pjan jew proġett ma humiex se jaffettwaw ħażin l-integrità tas-sit? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102)