EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0214

Kawża C-214/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku (ir-Repubblika tal-Polonja) fid- 9 ta’ Mejju 2011 — Grand spółka z o.o. vs Dyrektor Izby Celnej w Gdyni

ĠU C 219, 23.7.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku (ir-Repubblika tal-Polonja) fid-9 ta’ Mejju 2011 — Grand spółka z o.o. vs Dyrektor Izby Celnej w Gdyni

(Kawża C-214/11)

2011/C 219/07

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gdańsku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grand spółka. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Celnej w Gdyni

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “regolament tekniku” li l-abbozz tiegħu għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva jkopri dispożizzjoni legali li tipprojbixxi l-estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ magni tal-logħob (slot machines) b’rebħ limitat?


(1)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8).


Top