This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0106
Case C-106/11: Reference for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden (Netherlands) lodged on 3 March 2011 — M.J. Bakker v Staatssecretaris van Financiën
Kawża C-106/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit- 3 ta’ Marzu 2011 — M.J.Bakker vs Staatssecretaris van Financiën
Kawża C-106/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit- 3 ta’ Marzu 2011 — M.J.Bakker vs Staatssecretaris van Financiën
ĠU C 160, 28.5.2011, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 160/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-3 ta’ Marzu 2011 — M.J.Bakker vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-106/11)
2011/C 160/10
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M.J.Bakker.
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.
Domandi preliminari
(1) |
Ir-regoli ta’ indikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) huma applikabbli u b’hekk jindikaw il-leġiżlazzjoni Olandiża, b’konsegwenza ta’ liema jistgħu jiġu miġbura kontribuzzjonijiet abbażi tal-assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi, f’każ bħal dan inkwisjoni, fejn ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jirrisjedi fi Spanja jaħdem bħala baħri għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi billi jwettaq l-attivitajiet tiegħu fuq bastimenti tat-tħammil li jtajjru l-bandiera Olandiża barra t-territorju tal-Komunità filwaqt li, fid-dawl tal-unika leġiżlazzjoni interna Olandiża, huwa ma huwiex affiljat fis-sistema ta’ sigurtà soċjali Olandiża minħabba l-fatt li huwa ma jirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi? |
(2) |
X’effett għandha, f’dan ir-rigward, politika mwettqa fl-implementazzjoni ta’ assigurazzjonijiet soċjali Olandiżi li teżiġi li l-Fond ta’ assigurazzjoni soċjali jinvoka d-dritt Komunitarju sabiex jassimila l-baħrin ma’ persuni assigurati f’każ bħal dan inkwistjoni? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35)