This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0083
Case C-83/11: Reference for a preliminary ruling from Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London (United Kingdom) made on 22 February 2011 — Secretary of State for the Home Department v Muhammad Sazzadur Rahman, Fazly Rabby Islam, Mohibullah Rahman
Kawża C-83/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London (ir-Renju Unit) fit- 22 ta’ Frar 2011 — Secretary of State for the Home Department vs Muhammad Sazzadur Rahman, Fazly Rabby Islam, Mohibullah Rahman
Kawża C-83/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London (ir-Renju Unit) fit- 22 ta’ Frar 2011 — Secretary of State for the Home Department vs Muhammad Sazzadur Rahman, Fazly Rabby Islam, Mohibullah Rahman
ĠU C 145, 14.5.2011, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London (ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Frar 2011 — Secretary of State for the Home Department vs Muhammad Sazzadur Rahman, Fazly Rabby Islam, Mohibullah Rahman
(Kawża C-83/11)
2011/C 145/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Secretary of State for the Home Department
Konvenuti: Muhammad Sazzadur Rahman, Fazly Rabby Islam, Mohibullah Rahman
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) jeżiġi li Stat Membru jagħmel dispożizzjonijiet leġiżlattivi sabiex jiffaċilita d-dħul u/jew ir-residenza fi Stat Membru għall-kategorija ta’ membri oħra tal-familja li ma humiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10(2)? |
(2) |
Jista’ membru ieħor tal-familja kif imsemmi fid-Domanda 1 jinvoka l-applikabbiltà diretta tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE fil-każ li huwa ma jkunx jista’ jissodisfa xi rekwiżiti imposti minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali? |
(3) |
Il-kategorija ta’ membri oħra tal-familja li msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tirreferi biss għal dawk li rrisjedew fl-istess pajjiż bħaċ-ċittadin tal-Unjoni u l-konjuġi tiegħu jew tagħha, qabel maċ-ċittadin tal-Unjoni jkukn wasal fl-istat ospitanti? |
(4) |
Id-dipendenza msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE, li jinvokaw membri oħra tal-familja sabiex jiksbu dħul fl-istat ospitanti trid tkun dipendenza li eżistiet qabel maċ-ċittadin tal-Unjoni ikun mar jgħix fl-istat ospitanti? |
(5) |
Stat Membru jista’ jimponi rekwiżiti partikolari, fir-rigward tan-natura jew tat-tul taż-żmien tad-dipendenza msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE minn tali membru tal-familja, sabiex jipprevjeni tali dependenza milli tiġi simulata jew mhux neċessarja sabiex tagħmilha possibli għal persuna li ma hijiex ċittadin li titħalla tidħol fil-pajjiż jew tkompli tirrisjedi fit-territorju tiegħu? |
(6) |
Id-dipendenza li l-membru l-ieħor tal-familja jinvoka sabiex jitħalla jidħol fl-Istat Membru għandha tkompli għal perijodu, jew b’mod indefinit fl-istat ospitanti, sabiex tinħareġ karta ta’ residenza jew sabiex din tiġġedded skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38/KE, u jekk iva kif għandha tiġi pprovata din id-dependenza? |
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46)