This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0054
Case C-54/11: Reference for a preliminary ruling from Supreme Court of the United Kingdom made on 7 February 2011 — JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch, J.P. Morgan Securities Limited v Berliner Verkehrsbetriebe (BVG) Anstalt des öffentlichen Rechts
Kawża C-54/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fis- 7 ta’ Frar 2011 — JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch, J.P. Morgan Securities Limited vs Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts
Kawża C-54/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fis- 7 ta’ Frar 2011 — JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch, J.P. Morgan Securities Limited vs Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts
ĠU C 120, 16.4.2011, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fis-7 ta’ Frar 2011 — JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch, J.P. Morgan Securities Limited vs Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts
(Kawża C-54/11)
2011/C 120/07
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: JPMorgan Chase Bank N.A., Frankfurt Branch, J.P. Morgan Securities Limited
Konvenuta: Berliner Verkehrsbetriebe (BVG), Anstalt des öffentlichen Rechts
Domandi preliminari
(1) |
Meta, għall-finijiet tal-Artikoli 22(2) u 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (ir-“Regolament Brussell I”), hija tiddetermina s-suġġett tal-proċedura u dak li din il-proċedura tirrigwarda prinċipalment, il-qorti nazzjonali għandha tqis biss l-allegazzjonijiet tar-rikorrent(i) jew għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-motivi jew l-argumenti mqajma mill-konvenut(i)? |
(2) |
Jekk, matul il-proċedura, parti tqajjem kwistjoni li taqa’ taħt l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Brussell I, bħall-validità tad-deċiżjoni ta’ organu ta’ kumpannija jew ta’ persuna ġuridika oħra, għandu jsegwi neċessarjament li din il-kwistjoni tikkostitwixxi s-suġġett tal-proċedura u li din tal-aħħar tirrigwarda prinċipalment il-kwistjoni ta’ jekk din tistax tiddetermina l-eżitu tal-proċedura, indipendentement min-natura u n-numru ta’ kwistjonijiet oħra mqajma matul il-proċedura u mingħajr ma jkun hemm għalfejn jiġi mistoqsi jekk dawn il-kwistjonijiet, jew numru minnhom, jistgħux ukoll jiddeterminaw l-eżitu tal-proċedura? |
(3) |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda hija fin-negattiv, il-qorti nazzjonali hija obbligata, sabiex tiddetermina s-suġġett tal-proċedura u l-kwistjoni li din tirrigwarda prinċipalment, li teżamina l-proċedura kollha kemm hi u li tieħu deċiżjoni globali dwar is-suġġett tagħha u tal-kwistjonijiet prinċipali li din tirrigwarda? Fil-każ kuntrarju, liema approċċ għandha tapplika l-qorti nazzjonali sabiex tiddetermina dan is-suġġett u din il-kwistjoni? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 04, p. 42