Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0192

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-26 ta' Jannar 2012.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika tal-Polonja.
    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Portata tas-sistema ta' protezzjoni - Derogi mill-projbizzjonijiet previsti mid-Direttiva.
    Kawża C-192/11.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:44





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2012 — Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja

    (Kawża C-192/11)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2009/147/KE — Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi — Portata tas-sistema ta’ protezzjoni — Derogi mill-projbizzjonijiet previsti mid-Direttiva”

    1.                     Ambjent — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Direttiva 2009/147 — Kamp ta’ applikazzjoni — Speċi ta’ għasafar selvaġġi li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Unjoni — Neċessità ta’ protezzjoni sħiħa u effettiva (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, Artikolu 1) (ara l-punti 23-25)

    2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 27, 42)

    3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Implementazzjoni permezz ta’ prassi amministrattiva — Insuffiċjenza (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147) (ara l-punt 48)

    4.                     Ambjent — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Direttiva 2009/147 — Traspożizzjoni mingħajr azzjoni leġiżlattiva — Limiti — Ġestjoni ta’ wirt komuni — Neċessità ta’ traspożizzjoni preċiża mill-Istati Membri (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147) (ara l-punti 56-58)

    5.                     Ambjent — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Direttiva 2009/147 — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ derogi mill-projbizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, Artikolu 9) (ara l-punti 72, 73, 75, 78)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1, 5, u 9(1) u (2) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, p. 7) — Kamp ta’ applikazzjoni — Restrizzjoni tal-protezzjoni għal dawk l-ispeċi ta’ għasafar li jgħixu fit-territorju nazzjonali biss — Definizzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet għal deroga mill-projbizzjonijiet previsti mid-Direttiva.

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma applikatx il-miżuri nazzjonali ta’ konservazzjoni għall-ispeċi kollha tal-għasafar li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri u li jibbenefikaw minn protezzjoni taħt id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi u billi ma ddefinixxietx b’mod korrett il-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu sabiex issir deroga mill-projbizzjonijiet previsti minn din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1, 5 u 9(1) u (2) tal-imsemmija direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top