Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0647

    Kawża C-647/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad- 29 ta’ Novembru 2012 — Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni (Appell — Għajnuna finanzjarja mogħtija favur proġett fil-qasam tal-ambjent — “LIFE” — Deċiżjoni ta’ rkupru parzjali tal-ammont imħallas — Determinazzjoni tal-obbligi tal-benfiċċjarju — Aspettattivi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żbalji ta’ liġi)

    ĠU C 108, 13.4.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/6


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Novembru 2012 — Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-647/11 P) (1)

    (Appell - Għajnuna finanzjarja mogħtija favur proġett fil-qasam tal-ambjent - “LIFE” - Deċiżjoni ta’ rkupru parzjali tal-ammont imħallas - Determinazzjoni tal-obbligi tal-benfiċċjarju - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji ta’ liġi)

    2013/C 108/10

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Appellant: Dimos Peramatos (rappreżentant: G. Gerapetritis, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti, assistiti minn A. Somou, avukat)

    Suġġett

    Appell dirett kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011, Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni (T-312/07), li tiċħad rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Diċembru 2005, li ġiet innotifikata lill-appellant permezz tal-marixxall fis-17 ta’ Mejju 2007, dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa sabiex tiġi eżegwita d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni C71997/29 finali, tas-17 ta’ Lulju 1997, relatata ma’ proġett li jidħol fil-kuntest ta’ programm ta’ afforestazzjoni mill-ġdid jew, sussidjarjament, l-emendar tad-deċiżjoni kkontestata.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Dimos Peramatos huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 49, 18.02.2012.


    Top