Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0627

    Kawża C-627/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas- 27 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Inalta Curte de Casație și Justiție — ir-Rumanija) — SC “AUGUSTUS” Iași SRL vs Agenția de Plăți pentru Dezvoltare Rurală și Pescuit (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

    ĠU C 108, 13.4.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/5


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-27 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Inalta Curte de Casație și Justiție — ir-Rumanija) — SC “AUGUSTUS” Iași SRL vs Agenția de Plăți pentru Dezvoltare Rurală și Pescuit

    (Kawża C-627/11) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta)

    2013/C 108/09

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Inalta Curte de Casație și Justiție

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SC “AUGUSTUS” Iași SRL

    Konvenuta: Agenția de Plăți pentru Dezvoltare Rurală și Pescuit

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Inalta Curte de Casație și Justiție — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa ċentrali u ta’ lvant matul il-perjodu ta’ qabel l-Adeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 31, p. 268) kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31) — Kanċellament u rkupru, f’każ ta’ irregolarità, tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija abbażi tal-programm SAPARD — Eliġibbiltà tal-ispejjeż sostnuti — Każ ta’ forza maġġuri — Ġustifikazzjoni — Kunċetti ta’ “effettività ekonomika” u ta’ “vijabbiltà”

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție — Secția de contencios administrativ și fiscal (ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Novembru 2011, hija manifestament inammissibbli.


    (1)  ĠU C 65, 03.03.2012.


    Top