Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0554

    Kawża C-554/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 15 ta’ Ottubru 2012 — Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Aċċess għad-dokumenti — Rifjut ta’ aċċess komplet għad-dokumenti marbuta mal-kuntratt LIEN 97-2011 — Rikors għal annullament — Eżami ġdid fil-mori tal-kawża — Preżentata ta’ rikors għal annullament distint)

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/23


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ottubru 2012 — Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-554/11 P) (1)

    (Appell - Aċċess għad-dokumenti - Rifjut ta’ aċċess komplet għad-dokumenti marbuta mal-kuntratt LIEN 97-2011 - Rikors għal annullament - Eżami ġdid fil-mori tal-kawża - Preżentata ta’ rikors għal annullament distint)

    2013/C 9/37

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Internationaler Hilfsfonds eV (rappreżentant: H. Kaltenecker, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-141/05 RENV), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ordnat li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet tar-rikorrenti intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-14 ta’ Frar 2005, li tiċħad it-talba tagħha għal aċċess għall-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 — Irregolaritajiet proċedurali quddiem il-Qorti Ġenerali — Nuqqas ta’ trattament ikkoordinat bejn il-Kawżi T-141/05 RENV u T-36/10 — Oneru u ammont tal-ispejjeż

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Internationaler Hilfsfonds eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 25, 28.1.2012.


    Top