Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0540

    Kawża C-540/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad- 19 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles — il-Belġju) — Daniel Levy, Carine Sebbag vs État Belge (Moviment liberu tal-kapital — Tassazzjoni diretta — Tassazzjoni ta’ dividendi — Ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja — Emenda ulterjuri, minn wieħed miż-żewġ Stati partijiet għall-ftehim, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li għandha l-effett li ddaħħal mill-ġdid taxxa doppja — Obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikoli 10 KE u 293 KE)

    ĠU C 101, 6.4.2013, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 101/3


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles — il-Belġju) — Daniel Levy, Carine Sebbag vs État Belge

    (Kawża C-540/11) (1)

    (Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni ta’ dividendi - Ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja - Emenda ulterjuri, minn wieħed miż-żewġ Stati partijiet għall-ftehim, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li għandha l-effett li ddaħħal mill-ġdid taxxa doppja - Obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikoli 10 KE u 293 KE)

    2013/C 101/05

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance de Bruxelles

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Daniel Levy, Carine Sebbag

    Konvenut: État Belge

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10, 57(2) u 293 tat-Trattat KE — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-taxxa doppja minkejja ftehim bilaterali dwar ħelsien minnha — Emenda leġiżlattiva nazzjonali magħmula wara li sar il-ftehim — Tqegħid inkwistjoni ta’ dritt miksub — Ostaklu għall-moviment liberu tal-kapital

    Dispożittiv

    Sa fejn il-miżura jew id-dritt Komunitarju, kif applikabbli fiż-żmien tal-fatti fil-kawża prinċipali, ma jeħtieġx kriterji ġenerali għat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-eliminazzjoni ta’ taxxa doppja fil-Komunità Ewropea, l-Artikolu 56 KE, moqri flimkien mal-Artikoli 10 KE u 293 KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sitwazzjoni li fiha l-Stat Membru, li jobbliga ruħu, bi ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja li jistabbilixxi mekkaniżmu intiż li jelimina tali taxxa ta’ dividendi, sussegwentement ineħħi dan il-mekkaniżmu b’emenda leġiżlattiva li għandha l-effett li tintroduċi mill-ġdid taxxa doppja.


    (1)  ĠU C 25, 28.01.2012


    Top