EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0495

Kawża C-495/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 13 ta’ Settembru 2012 — Total SA u Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestment żbaljata — Ksur tad-drittjiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

ĠU C 101, 6.4.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2012 — Total SA u Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-495/11 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordju - Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità - Interpretazzjoni manifestment żbaljata - Ksur tad-drittjiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 101/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Total SA u Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Gencarelli, P. Van Nuffel u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża), tal-14 ta’ Lulju 2011, Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-190/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Total SA u Elf Aquitaine SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.


Top