EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0433

Kawża C-433/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — is-Slovakkja) — SKP k.s. vs Polhošová (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti tal-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali — Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta effettiva — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

ĠU C 108, 13.4.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove — is-Slovakkja) — SKP k.s. vs Polhošová

(Kawża C-433/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti tal-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali - Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta effettiva - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta)

2013/C 108/06

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SKP k.s.

Konvenuta: Kveta Polhošová

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajský súd v Prešove — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22), u tal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ prattika kummerċjali żleali — Kuntratt ta’ bejgħ bin-nifs ta’ beni ma’ konsumatur u li fih klawżola inġusta — Ċessjoni minn impriża tal-kreditu li jirriżulta mill-kuntratt lil kumpannija li qed tfalli, li jwassal li jkun impossibbli għall-konsumatur li jirkupra l-ispejjez tal-proċedura f’każ li tintrebaħ il-kawża

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja), permezz tad-deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2011, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


Top