Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0601

    Kawża C-601/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 11 ta’ Lulju 2013 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Appell — Rikors għal annullament — Protezzjoni kontra l-enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi — Regolament (KE) Nru 746/2008 — Regolament li jawtorizza miżuri ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni inqas vinkolanti minn dawk previsti preċedentement — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Fatturi ġodda li jistgħu jbiddlu l-perċezzjoni tar-riskju — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Żnaturament tal-fatti — Żball ta’ liġi)

    Information about publishing Official Journal not found, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    (Kawża C-601/11 P) (1)

    (Appell - Rikors għal annullament - Protezzjoni kontra l-enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi - Regolament (KE) Nru 746/2008 - Regolament li jawtorizza miżuri ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni inqas vinkolanti minn dawk previsti preċedentement - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Fatturi ġodda li jistgħu jbiddlu l-perċezzjoni tar-riskju - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Żnaturament tal-fatti - Żball ta’ liġi)

    2013/C 252/17

    Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, C. Candat, R. Loosli-Surrans, kif ukoll G. de Bergues u S. Menez, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u D. Bianchi, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2011, Franza vs Il-Kummissjoni (T-257/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008, tas-17 ta’ Ġunju 2008, li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 202, p. 11), sa fejn tawtorizza miżuri ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni inqas vinkolanti minn dawk stabbiliti preċedentement għall-merħliet tan-ngħaġ u tal-mogħoż — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Żnaturament tal-fatti — Klassifikazzjoni ġuridika żbaljata tal-fatti — Ksur tal-prinċipju tal-prekawzjoni

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 80, 17.03.2012.


    Top