EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0499

Kawża C-499/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 — The Dow Chemical Company, Dow Deutschland Inc., Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH, Dow Europe GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni — Iffissar tal-miri ta’ prezzijiet, qsim tal-klijenti permezz ta’ ftehim ta’ nuqqas ta’ aggressjoni u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv — Ugwaljanza fit-trattament)

ĠU C 260, 7.9.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — The Dow Chemical Company, Dow Deutschland Inc., Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH, Dow Europe GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-499/11 P) (1)

(Appell - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Iffissar tal-miri ta’ prezzijiet, qsim tal-klijenti permezz ta’ ftehim ta’ nuqqas ta’ aggressjoni u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Koeffiċjent ta’ multiplikazzjoni b’għan dissważiv - Ugwaljanza fit-trattament)

2013/C 260/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: The Dow Chemical Company, Dow Deutschland Inc., Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH, Dow Europe GmbH (rappreżentanti: D. Schroeder u T. Kuhn, Rechtsanwälte, u T. Graf, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — Dow Chemical et vs Il-Kummissjoni (T-42/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 — Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), li tikkonċerna akkordju dwar l-iffissar tal-miri ta’ prezzijiet, dwar il-qsim tal-klijenti permezz ta’ ftehim ta’ nuqqas ta’ aggressjoni u dwar l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali, kif ukoll, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

The Dow Chemical Company, Dow Deutschland Inc., Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH u Dow Europe GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


Top