Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0461

    Kawża C-461/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Stockholms tingsrätt — L-Isvezja) — Ulf Kazimierz Radziejewski vs Kronofogdemyndigheten i Stockholm (Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45 TFUE — Proċedura ta’ ħelsien totali jew parzjali mid-dejn — Debitur persuna fiżika — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għal kundizzjoni ta’ residenza)

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Stockholms tingsrätt — L-Isvezja) — Ulf Kazimierz Radziejewski vs Kronofogdemyndigheten i Stockholm

    (Kawża C-461/11) (1)

    (Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Proċedura ta’ ħelsien totali jew parzjali mid-dejn - Debitur persuna fiżika - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għal kundizzjoni ta’ residenza)

    2013/C 9/31

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Stockholms tingsrätt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ulf Kazimierz Radziejewski

    Konvenuta: Kronofogdemyndigheten i Stockholm

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Stockholms tingsrätt — Interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE — Moviment liberu tal-persuni — Kompatibbiltà mal-Artikolu 45 ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-benefiċċju tal-proċedura għall-ħelsien mid-dejn fir-rigward ta’ persuni fiżiċi għall-kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju nazzjonali — Debitur ċittadin ta’ Stat Membru A, residenti fi Stat Membru B, li ressaq talba għall-ħelsien mid-dejn tiegħu fl-Istat Membru A, il-post fejn inħoloq id-dejn tiegħu — Rabtiet mal-post fejn titressaq it-talba

    Dispożittiv

    L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għal kundizzjoni ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat.


    (1)  ĠU C 340, 19.11.2011


    Top