EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0363

Kawża C-363/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Elegktiko Synedrio — il-Greċja) — Epitropos tou Elegktikou Synedriou sto Ypourgeio Politsmou kai Tourismou vs Ypourgeio Politismou kai Tourismou — Ypiresia Dimosionomikou Elenchou (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta” xi Stat Membru’ fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja — Qorti tal-Awdituri li tiddeċiedi fuq awtorizzazzjoni minn qabel għal nefqa pubblika — Inammissibbiltà)

ĠU C 46, 16.2.2013, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Elegktiko Synedrio — il-Greċja) — Epitropos tou Elegktikou Synedriou sto Ypourgeio Politsmou kai Tourismou vs Ypourgeio Politismou kai Tourismou — Ypiresia Dimosionomikou Elenchou

(Kawża C-363/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta” xi Stat Membru’ fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja - Qorti tal-Awdituri li tiddeċiedi fuq awtorizzazzjoni minn qabel għal nefqa pubblika - Inammissibbiltà)

2013/C 46/13

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Elegktiko Synedrio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Epitropos tou Elegktikou Synedriou sto Ypourgeio Politsmou kai Tourismou

Konvenuta: Ypourgeio Politismou kai Tourismou — Ypiresia Dimosionomikou Elenchou'

Fil-preżenza ta’: Konstantinos Antonopoulos

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Elegktiko Synedrio — Interpretazzjoni tal-Klawżola 4(1) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) u tal-Artikolu 153 TFUE — Kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol, rispettivament — Kunċett — Kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni għal ħin iddedikat għall-attivitajiet sindakali, bħala leave sindakali — Inklużjoni

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Elegktiko Synedrio (il-Greċja), b’deċiżjoni tal-1 ta’ Lulju 2011, hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011


Top