This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0279
Case C-279/11: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 19 December 2012 — European Commission v Ireland (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 85/337/EEC — Assessment of the effects of certain public and private projects on the environment — Incorrect transposition — Annexe II — Point 1(a) to (c) — Judgment of the Court of Justice — Finding of infringement — Article 260 TFEU — Pecuniary penalties — Lump sum payment — Member State’s ability to pay — Economic crisis — Assessment on the basis of current economic data)
Kawża C-279/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Traspożizzjoni inkorretta — Anness II — Punt 1(a) sa (ċ) — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas — Artikolu 260 TFUE — Sanzjonijiet kriminali — Somma f’daqqa — Kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru — Kriżi ekonomika — Evalwazzjoni abbażi tad-data ekonomika attwali)
Kawża C-279/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Traspożizzjoni inkorretta — Anness II — Punt 1(a) sa (ċ) — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas — Artikolu 260 TFUE — Sanzjonijiet kriminali — Somma f’daqqa — Kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru — Kriżi ekonomika — Evalwazzjoni abbażi tad-data ekonomika attwali)
ĠU C 46, 16.2.2013, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-279/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Traspożizzjoni inkorretta - Anness II - Punt 1(a) sa (ċ) - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas - Artikolu 260 TFUE - Sanzjonijiet kriminali - Somma f’daqqa - Kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru - Kriżi ekonomika - Evalwazzjoni abbażi tad-data ekonomika attwali)
2013/C 46/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon u D. O’Hagen, aġenti, assistiti minn E. Regan SC u C. Toland, BL)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-20 ta’ Novembru 2008, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-66/06), li tikkonċerna l-ksur tal-Artikoli 2(1) u 4(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) — Talba għall-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa
Dispożittiv
(1) |
Billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-20 ta’ Novembru 2008, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-66/06), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260 TFUE. |
(2) |
L-Irlanda hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 1 500 000. |
(3) |
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż. |