This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0244
Case C-244/11: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 8 November 2012 — European Commission v Hellenic Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Articles 43 EC and 56 EC — Scheme under which prior authorisation is required for the acquisition of voting rights representing 20 % or more of the share capital in certain ‘strategic public limited companies’ — Arrangements for ex post control of certain decisions taken by those companies)
Kawża C-244/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 43 KE u 56 KE — Sistema li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-akkwist ta’ drittijiet ta’ vot li jirrappreżentaw iktar minn 20 % tal-kapital azzjonarju ta’ ċerti “kumpanniji pubbliċi limitati strateġiċi” — Mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ ċerti deċiżjonijiet meħuda minn dawn il-kumpanniji)

ĠU C 9, 12.1.2013, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-244/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 56 KE - Sistema li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-akkwist ta’ drittijiet ta’ vot li jirrappreżentaw iktar minn 20 % tal-kapital azzjonarju ta’ ċerti “kumpanniji pubbliċi limitati strateġiċi” - Mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ ċerti deċiżjonijiet meħuda minn dawn il-kumpanniji)
2013/C 9/22
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u G. Zavvos, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-akkwsit ta’ drittijiet ta’ vot li jikkorrispondu għal 20 % jew iktar tal-kapital azzjonarju globali f’kumpanniji ta’ importanza strateġika nazzjonali — Ksur tal-Artikoli 49 u 63 TFUE
Dispożittiv
(1) |
Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 1(1), moqri flimkien mal-Artikolu 11(2), u dawk imsemmija fl-Artikolu 11(3) tal-Liġi 3631/2008 dwar il-ħolqien ta’ fond nazzjonali għall-koeżjoni soċjali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 KE dwar il-libertà ta’ stabbiliment. |
(2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż |