Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0106

Kawża C-106/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas- 7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — M. J. Bakker vs Minister van Financiën (Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Leġiżlazzjoni applikabbli — Ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jaħdem abbord bastimenti tat-tħammil li jbaħħru barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea taħt il-bandiera Olandiża, għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi — Residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Affiljazzjoni fl-iskema Olandiża ta’ sigurtà soċjali)

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — M. J. Bakker vs Minister van Financiën

(Kawża C-106/11) (1)

(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Leġiżlazzjoni applikabbli - Ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jaħdem abbord bastimenti tat-tħammil li jbaħħru barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea taħt il-bandiera Olandiża, għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi - Residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Affiljazzjoni fl-iskema Olandiża ta’ sigurtà soċjali)

2012/C 217/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. J. Bakker

Konvenut: Minister van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(a), 2 u 13(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Ħaddiem ta’ ċittadinanza Olandiża li jaħdem, abbord bastimenti tat-tħammil li jbaħħru barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea taħt il-bandiera Olandiża, għal persuna li tħaddem stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi — Ħaddiem residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ affiljazzjoni fis-sistema Olandiża ta’ sigurtà soċjali

Dispożittiv

L-Artikolu 13(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999, tat-8 ta’ Frar 1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li miżura leġiżlattiva ta’ Stat Membru teskludi mill-affiljazzjoni fl-iskema tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li huwa ċittadin tal-imsemmi Stat Membru, iżda ma jgħix fih, u li huwa mpjegat fuq bastiment tat-tħammil li jtajjar il-bandiera tal-istess Stat Membru u jwettaq l-attivitajiet tiegħu barra t-territorju tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 160, 28.05.2011.


Top