EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0039

Kawża C-39/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 7 ta’ Gunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — VBV — Vorsorgekasse AG vs Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA) (Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Fondi ta’ previdenza professjonali — Investiment tal-attivi — Fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor — Investiment f’tali fondi permess biss meta dawn jiġu awtorizzati li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali)

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Gunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — VBV — Vorsorgekasse AG vs Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)

(Kawża C-39/11) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Fondi ta’ previdenza professjonali - Investiment tal-attivi - Fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Investiment f’tali fondi permess biss meta dawn jiġu awtorizzati li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali)

2012/C 217/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VBV — Vorsorgekasse AG

Konvenuta: Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 TFUE et seq — Moviment liberu tal-kapital — Fondi ta’ previdenza professjonali li jinvestu l-kontribuzzjonijiet obbligatorji ta’ ħaddiema impjegati jew li jaħdmu għal rashom intiżi li jiffinanzjaw l-allowances ta’ rtirar — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tillimita dawn l-investimenti għall-fondi li l-bejgħ tagħhom ikun ġie awtorizzat fit-territorju nazzjonali

Dispożittiv

L-Artikolu 63(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil fond ta’ previdenza professjonali, jew lil impriża ta’ investiment kollettiv maħluqa minn dan il-fond biex tamministra l-assi tagħha, jinvesti l-assi tiegħu f’unitajiet ta’ fond komuni ta’ investiment stabbilit fi Stat Membru ieħor biss jekk dan il-fond ikun ġie awtorizzat jikkummerċjalizza l-unitajiet tiegħu fit-territorju nazzjonali


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011


Top