Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0034

    Kawża C-34/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 15 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Kontroll tal-polluzzjoni — Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-34/11) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kontroll tal-polluzzjoni - Valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)

    2013/C 9/12

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade, A. Alcover San Pedro u S. Petrova, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. J. Lois, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Marzu 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1) — Valuri ta’ limitu u limiti ta’ allert għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali

    Dispożittiv

    (1)

    Peress li naqset milli tiżgura, għas-snin 2005 sa 2007, li l-konċentrazzjonijiet ta’ kuljum ta’ PM10 fl-arja ambjentali ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali, fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet ta’ Braga, ta’ Porto Litoral, tal-Área Metropolitana de Lisboa Norte u tal-Área Metropolitana de Lisboa Sul, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-dispożizzjoni.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 103, 2.4.2011


    Top